Id-dumping spjegat: definizzjoni u effetti

Prodotti oġġetti ta' dumping huma ta' theddida għad-ditti u l-ħaddiema Ewropej, iżda inti taf kif din tiffunzjona? Skopri kif f'din il-gwida ta' malajr dwar id-dumping.

Protezzjoni lill-ħaddiema u lin-negozji kontra kompetizzjoni inġusta

X'inhu d-dumping?

Id-dumping hu t-tqegħid ta' prodotti bi prezzijiet artifiċjalment baxxi fis-suq Ewropew minn ditti barranin. Dan jista' jseħħ minħabba li l-pajjiżi jissussidjaw il-prodotti b'mod inġust jew minħabba li l-kumpaniji jkollhom produzzjoni żejda u jkunu qed ibiegħu l-prodotti bi prezzijiet baxxi fi swieq oħra.

Għaliex dan mhux korrett?

Id-dumping hu forma ta' kompetizzjoni inġusta minħabba li jsir bejgħ ta' prodotti bi prezz li ma jirriflettix eżattament l-ispiża tagħhom. Hu ferm diffiċli għall-kumpaniji Ewropej li jikkompetu f'dan il-kuntest u fl-agħar każijiet dan jista' jwassal biex ditti jagħlqu u l-ħaddiema jitilfu l-impjieg tagħhom.

Allura x'qiegħda tagħmel l-UE f'dan ir-rigward?

L-UE għandha għadd ta' strumenti ta' difiża tal-kummerċ li hi tista' tuża biex tiġġieled prattiki kummerċjali inġusti, u dan jinkludi l-leġiżlazzjoni dwar l-antidumping.

Wieħed mill-modi li bihom jista' jiġi indirizzat id-dumping hu billi jkun hemm dazji antidumping fuq dawn il-prodotti.

Aqra aktar dwar kif dan jiffunzjona fl-artiklu tagħna dwar il-politika tal-UE dwar l-antidumping.

A ship with containers
A ship with containers - ©BELGA/BELPRESS/L.VIDAL