Smajtuha sew? Se jorħsu t-telefonati internazzjonali għall-Ewropej  

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Mill-15 ta' Mejju, it-tariffi tat-telefonati bejn il-pajjiżi tal-UE huma limitati għal 19 il ċenteżmu/minuta u l-messaġġi għal 6 ċenteżmi.

Filwaqt li matul dawn l-aħħar snin it-tariffi tat-telefonati raħsu b'mod kostanti u l-UE diġà aboliet it-tariffi għar-roaming, il-prezz tat-telefonati lejn pajjiżi tal-UE oħrajn baqa' għoli. Illum din hi ħaġa tal-imgħoddi għax ir-regoli l-ġodda dwar it-telefonati internazzjonali jibdew jgħoddu mill-15 ta' Mejju.

It-tariffi l-ġodda tat-telefonati internazzjonali huma parti mill-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi li fl-14 ta' Novembru 2018 ivvota favurih il-Parlament Ewropew. It-telefonati orħos huma parti minn strateġija tas-suq diġitali li trid tiżgura li l-Ewropej kollha, ikun xi jkun il-post fejn jinsabu jew l-introjtu li jaqalgħu, ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-ekonomija u fis-soċjetà diġitali.

Skopri aktar fil-filmat tagħna dwar ir-regoli l-ġodda biex jiġu garantiti telefonati orħos u aqra l-artiklu ta' Novembru tagħna.