Kulma trid tkun taf dwar l-elezzjonijiet Ewropej 2019  

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Kulma trid tkun taf dwar l-elezzjonijiet Ewropej 2019  

Bejn it-23 u s-26 ta' Mejju 2019 iċ-ċittadini tal-UE se jivvutaw għall-Parlament Ewropew li jmiss. Dan hu l-mument li ssemma' leħnek. Skopri d-dettalji kollha hawn taħt.

Bil-vot tagħhom fl-elezzjonijiet Ewropej, iċ-ċittadini għandhom l-opportunità jagħżlu s-751 membri li se jirrappreżentawna fl-UE sal-2024.

L-essenzjali

  • Ċerti aspetti tal-elezzjonijiet, bħall-età tal-votazzjoni u l-votazzjoni minn barra, ivarjaw minn pajjiż għal ieħor.
  • F'dan is-sit web, issib informazzjoni dwar kif tivvota, sa meta tista' tirreġistra, aħbarijiet u riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej 2019.
  • L-awtorità elettorali nazzjonali jkollha l-aħħar informazzjoni dwar id-dettalji prattiċi (pereżempju l-postijiet tal-votazzjoni) u r-regoli nazzjonali tal-votazzjoni.
  • Għal ħarsa fid-dettall dwar ir-regoli tal-votazzjoni, aradin l-infografika.
  • Biex tara r-riżultati elettorali fil-pajjiżi kollha tal-UE u tiskopri l-kompożizzjoni tal-Parlament il-ġdid, idħol fis-sit tar-riżultati

Għaliex importanti tivvota?

  • Bil-vot tiegħek fl-elezzjonijiet Ewropej tkun qed issemma' leħnek dwar id-direzzjoni li l-UE għandha tieħu fil-ħames snin li ġejjin f'oqsma bħall-kummerċ internazzjonali, is-sigurtà, il-ħarsien tal-konsumatur, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u t-tkabbir ekonomiku. Il-Membri tal-Parlament Ewropew mhux biss jgħaddu liġijiet ġodda iżda jżommu għajnejhom fuq l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE.
  • Bil-vot tkun qed issemma' leħnek anki dwar il-politiki li jaffettwawk fil-ħajja ta' kuljum. Biex tkun taf aktar dwar x'għamlet l-UE għalik u għar-reġjun tiegħek, żur is-sit https://what-europe-does-for-me.eu/
  • Fuq is-sit, tiskopri wkollx'impatt għandha l-UE fuq saħħtek, xogħlok, ix-xiri, l-edukazzjoni, il-familja u t-tfaddil.

Fl-interess tagħna lkoll