Dibattitu Presidenzjali: il-kandidat prinċipali Manfred Weber (PPE) 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Manfred Weber hu fost il-kandidati għall-Presidenza tal-KE li fil-15 ta' Mejju se jkunu qed jieħdu sehem f'dibattitu f'xandira diretta fl-Ewropa kollha mill-PE fi Brussell.

Dwar Weber


Isem: Manfred Weber

Partit politiku Ewropew: Partit Popolari Ewropew (PPE)

Nazzjonalità: Ġermaniż

Età: 46

Karriera: 2014 – president tal-PPE fil-Parlament

2004 – elett fil-Parlament Ewropew

1996-2014 – waqqaf u mexxa ditta ta' konsulenza

1991-1996 – inġinerija, Munich Higher Technical Institute

Dwar id-dibattitu


Bħala parti mit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet Ewropej, il-partiti politiċi nnominaw kandidati għall-kariga ta' president tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kandidat prinċipali nominat mill-Kunsill, u li jkun kapaċi jġib maġġoranza fil-Parlament, jiġi elett President tal-Kummissjoni Ewropea b'votazzjoni fil-Parlament.


Xi drabi l-kandidati prinċipali jissejħu "Spitzenkandidaten", bil-Ġermaniż. Din is-sistema ntużat għall-ewwel darba fl-2014 biex jintgħażel il-President attwali tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker.


Id-Dibattitu Presidenzjali – Elezzjonijiet Ewropej 2019 fil-15 ta' Mejju fid-21.00 CET hija opportunità biex niskopru x'inhi l-pożizzjoni tal-kandidati prinċipali dwar diversi suġġetti.


Xi partiti politiċi nnominaw aktar minn kandidat prinċipali wieħed, iżda għażlu persuna waħda biex tirrappreżentahom fid-dibattitu.


Tliet preżentaturi televiżivi se jkunu qed jimmoderaw id-dibattitu. L-ordni tal-kelliema ttella' bil-polza.


Fil-Parlament, il-Partit Popolari Ewropew huwa allinjat mal-grupp tal-PPE.

Manfred Weber