Dibattitu Presidenzjali: il-kandidat prinċipali Frans Timmermans (PES) 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Frans Timmermans hu fost il-kandidati għall-Presidenza tal-KE li fil-15 ta' Mejju se jkunu qed jieħdu sehem f'dibattitu f'xandira diretta fl-Ewropa kollha mill-PE fi Brussell.

Dwar Timmermans


Isem: Frans Timmermans

Partit politiku Ewropew: Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PSE)

Nazzjonalità: Olandiż

Età: 58

Karriera: 2014 – l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea

2012-2014 – Ministru tal-Affarijiet Barranin

2007-2010 – Ministru tal-Affarijiet Ewropej

1998-2007 – Membru Parlamentari

1985 – lawrja fil-lingwa u l-letteratura Franċiża, Università ta' Radboud

Dwar id-dibattitu


Bħala parti mit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet Ewropej, il-partiti politiċi nnominaw kandidati għall-kariga ta' president tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kandidat prinċipali nominat mill-Kunsill, u li jkun kapaċi jġib maġġoranza fil-Parlament, jiġi elett President tal-Kummissjoni Ewropea b'votazzjoni fil-Parlament.


Xi drabi l-kandidati prinċipali jissejħu "Spitzenkandidaten", bil-Ġermaniż. Din is-sistema ntużat għall-ewwel darba fl-2014 biex jintgħażel il-President attwali tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker.


Id-Dibattitu Presidenzjali – Elezzjonijiet Ewropej 2019 fil-15 ta' Mejju fid-21.00 CET hija opportunità biex niskopru x'inhi l-pożizzjoni tal-kandidati prinċipali dwar diversi suġġetti.


Xi partiti politiċi nnominaw aktar minn kandidat prinċipali wieħed, iżda għażlu persuna waħda biex tirrappreżentahom fid-dibattitu.


Tliet preżentaturi televiżivi se jkunu qed jimmoderaw id-dibattitu. L-ordni tal-kelliema ttella' bil-polza.


Fil-Parlament, il-PSE huwa allinjat mal-grupp S&D.

Frans Timmermans