Dibattitu Presidenzjali: il-kandidat prinċipali Jan Zahradil (ACRE) 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Jan Zahradil hu fost il-kandidati għall-Presidenza tal-KE li fil-15 ta' Mejju se jkunu qed jieħdu sehem f'dibattitu f'xandira diretta fl-Ewropa kollha mill-PE fi Brussell.

Dwar Zahradil


Isem: Jan Zahradil

Partit politiku Ewropew: Alleanza tal-Konservattivi u r-Riformisti fl-Ewropa (ACRE)

Nazzjonalità: Ċek

Età: 56

Karriera: 2004 – MEP

2009 – President tal-ACRE

1998-2004 – Membru tal-Kamra tad-Deputati Ċeka

1995-1997 – konsulent tal-Prim Ministru

1988-1992 – riċerkatur fl-Institute of Chemical Technology, Praga

1987 – lawrja fl-inġinerija, Institute of Chemical Technology, Praga

Dwar id-dibattitu


Bħala parti mit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet Ewropej, il-partiti politiċi nnominaw kandidati għall-kariga ta' president tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kandidat prinċipali nominat mill-Kunsill, u li jkun kapaċi jġib maġġoranza fil-Parlament, jiġi elett President tal-Kummissjoni Ewropea b'votazzjoni fil-Parlament.


Xi drabi l-kandidati prinċipali jissejħu "Spitzenkandidaten", bil-Ġermaniż. Din is-sistema ntużat għall-ewwel darba fl-2014 biex jintgħażel il-President attwali tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker.


Id-Dibattitu Presidenzjali – Elezzjonijiet Ewropej 2019 fil-15 ta' Mejju fid-21.00 CET hija opportunità biex niskopru x'inhi l-pożizzjoni tal-kandidati prinċipali dwar diversi suġġetti.


Xi partiti politiċi nnominaw aktar minn kandidat prinċipali wieħed, iżda għażlu persuna waħda biex tirrappreżentahom fid-dibattitu.


Tliet preżentaturi televiżivi se jkunu qed jimmoderaw id-dibattitu. L-ordni tal-kelliema ttella' bil-polza.


Fil-Parlament, l-ACRE huwa allinjat mal-grupp ECR.

Jan Zahradil