Dibattitu Presidenzjali: il-kandidata prinċipali Ska Keller (Ħodor 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Ska Keller hi fost il-kandidati għall-Presidenza tal-KE li fil-15 ta' Mejju se jkunu qed jieħdu sehem f'dibattitu f'xandira diretta fl-Ewropa kollha mill-PE fi Brussell.

Dwar Keller


Isem: Ska Keller

Partit politiku Ewropew: Ħodor Ewropej (Ħodor)

Nazzjonalità: Ġermaniża

Età: 37

Karriera: 2017 – kopresident tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea

2009 – MEP

2010 – Masters fl-Istudji Islamiċi, it-Turkoloġija u l-Istudji Ġudajċi fl-Università Ħielsa ta' Berlin

Dwar id-dibattitu


Bħala parti mit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet Ewropej, il-partiti politiċi nnominaw kandidati għall-kariga ta' president tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kandidat prinċipali nominat mill-Kunsill, u li jkun kapaċi jġib maġġoranza fil-Parlament, jiġi elett President tal-Kummissjoni Ewropea b'votazzjoni fil-Parlament.


Xi drabi l-kandidati prinċipali jissejħu "Spitzenkandidaten", bil-Ġermaniż. Din is-sistema ntużat għall-ewwel darba fl-2014 biex jintgħażel il-President attwali tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker.


Id-Dibattitu Presidenzjali – Elezzjonijiet Ewropej 2019 fil-15 ta' Mejju fid-21.00 CET hija opportunità biex niskopru x'inhi l-pożizzjoni tal-kandidati prinċipali dwar diversi suġġetti.


Xi partiti politiċi nnominaw aktar minn kandidat prinċipali wieħed, iżda għażlu persuna waħda biex tirrappreżentahom fid-dibattitu.


Tliet preżentaturi televiżivi se jkunu qed jimmoderaw id-dibattitu. L-ordni tal-kelliema ttella' bil-polza.


Il-Partit tal-Ħodor innomina żewġ kandidati prinċipali. Il-kandidat l-ieħor hu Bas Eickhout, mill-Olanda. Wara li studja l-kimika u x-xjenza ambjentali, beda jaħdem bħala riċerkatur man-Netherlands Environmental Assessment Agency. Ilu MEP mill-2009.


Fil-Parlament, il-Partit tal-Ħodor huwa allinjat mal-grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea.

Ska Keller