L-Elezzjonijiet Ewropej 2019: wasal il-waqt li tivvota – Video 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Semma' leħnek dwar min se jkun li jirrappreżentak fil-Parlament Ewropew tul il-ħames snin li ġejjin. Mur ivvota!

L-elezzjonijiet Ewropej se jsiru bejn it-23 u s-26 ta' Mejju madwar l-UE kollha kemm hi, imma xi ċittadini tal-UE diġà qed jivvotaw permezz ta' delega tal-vot jew inkella b'vot postali.

Is-751 deputat Ewropew li jittellgħu mhux biss sejrin isawru liġijiet ġodda f'oqsma bħall-kummerċ internazzjonali, l-ambjent u t-tkabbir ekonomiku, imma sejrin ukoll iżommu taħt ħarsithom l-istituzzjonijiet oħra tal-UE.


Segwi l-proċess sħiħ tal-elezzjonijiet, mill-votazzjoni sar-riżultati:


  • Biex issegwi l-elezzjonijiet fil-ħin reali: https://www.elezzjonijiet-ewropej.eu/ahbarijiet
  • Biex tiċċekkja tal-aħħar kif għandek tagħmel biex tivvota f'pajjiżek: elezzjonijiet-ewropej.eu
  • Ir-riżultati fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali jiġu ppubblikati hawn: https://rizultati-elezzjonijiet.eu/
  • Ingħaqad mal-eluf ta' nies li qed jaħdmu biex iġibu 'l quddiem il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej fuq diddarbasenivvota.eu.