Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

L-ewwel biċċa xogħol tal-Parlament Ewropew il-ġdid se tkun li jeleġġi l-President tiegħu. Skopri aktar dwar il-proċedura fl-infografika tagħna.

Infografika: kif se jiġi elett il-president tal-Parlament Ewropew li jmiss 

L-ewwel ħaġa li l-Membri li għadhom kif ġew eletti jridu jagħmlu meta jiltaqgħu fil-plenarja fil-bidu ta' Lulju se tkun li jagħżlu min se jkun il-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew.

Il-kandidati għall-kariga jridu jiġu nnominati minn grupp politiku jew minn grupp ta' 38 MPE. Jista' jsiru sa erba' votazzjonijiet. L-aħħar waħda tkun bejn iż-żewġ kandidati li jkunu rċevew l-akbar għadd ta' voti fit-tielet votazzjoni. Biex jirbaħ, kandidat irid jirbaħ maġġoranza tal-voti mitfugħa.

Il-President jidderieġi l-attivitajiet tal-Parlament, iżomm l-ordni fil-proċedimenti u jirrappreżenta l-Parlament fir-relazzjonijiet tiegħu ma' istituzzjonijiet oħra. Jista' jagħżel li jiddelega xi funzjonijiet lill-14-il Viċi President tal-PE, li huma wkoll jiġu eletti fl-ewwel sessjoni plenarja.

Il-mandat tal-President huwa ta' sentejn u nofs. Membru jista' jiġi elett f'din il-kariga aktar minn darba.

© European Union 2019 - EP