Traineeship fil-Parlament Ewropew: applika sat-30 ta' Ġunju! 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Fir-ritratt: Applika issa għal traineeship fil-Parlament  

Titħajjar tara kif taħdem istituzzjoni internazzjonali u multilingwi bħall-Parlament Ewropew? Applika għal traineeship u ikseb esperjenza prattika fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE!

Il-Parlament Ewropew huwa forum importanti għad-dibattitu politiku u għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE. Il-membri jiġu eletti direttament mill-votanti fil-pajjiżi kollha tal-UE biex jirrappreżentaw l-interessi tal-Ewropej u biex jiżguraw li istituzzjonijiet oħra tal-UE jaħdmu b'mod demokratiku.


Biex jipprovdi opportunitajiet għal taħriġ vokazzjonali u għarfien dwar il-ħidma tiegħu, il-Parlament għandu programm ta' traineeships li jippermetti lill-gradwati universitarji li għandhom 18-il sena u aktar biex jieħdu idea ta' karriera mal-UE.

Kondizzjonijiet għall-applikanti għat-traineeship Schuman tal-Parlament: 
  • ikollhom 18-il sena jew aktar 
  • jissodisfaw ir-rekwiżit tal-lingwa 
  • ikunu kisbu kwalifika ta' livell universitarju. 
  • ma jridux ikunu ħadmu għal aktar minn xahrejn konsekuttivi fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-UE 
  • u ma jkunux għamlu żjara ta' studju fis-segretarjat tal-Parlament Ewropew sitt xhur qabel il-bidu tat-traineeship. 

Biex tapplika għal traineeship Schuman fil-Parlament Ewropew, applika fuq il-paġna tagħna tal-offerti għat-traineeship sat-30 ta' Ġunju. L-applikanti li jirnexxu se jaħdmu fil-Parlament mill-1 ta' Ottubru 2019 sat-28 ta' Frar 2020.