Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Il-Parlament għandu rwol kruċjali fl-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni. Ara l-infografika tagħna dwar il-proċedura.

INFOGRAFIKA 

Il-mexxejja tal-UE jinnominaw President ġdid tal-Kummissjoni filwaqt li jqisu r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej.

Il-Parlament mistenni jivvota fuq il-President il-ġdid tal-Kummissjoni fit-tieni sessjoni plenarja ta' Lulju bejn il-15 u t-18 tax-xahar. Jekk il-kandidat ma jiksibx l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Membri tal-PE, il-Kunsill Ewropew ikollu jressaq nomina ġdida.

Ladarba l-President tal-Kummissjoni jiġi elett, ikun imiss lill-pajjiżi tal-UE li jipproponu l-Kummissarji, b'kollaborazzjoni mal-President il-ġdid.

Il-Kummissarji nominati jingħarblu mill-kumitati parlamentari responsabbli għall-portafolli proposti tagħhom qabel ma ssir votazzjoni fil-plenarja dwar l-approvazzjoni tal-Kummissjoni kollha kemm hi.

Il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida mistennija tieħu l-kariga fl-1 ta' Novembru.