Il-Parlament il-ġdid u il-Kummissjoni ġdida

Mit-23 sas-26 ta' Mejju, 200 miljun votant fit-28 Stat Membru tal-UE ħarġu jivvutaw biex jeleġġu l-Membri tal-PE.

Dawn imbagħad ivvutaw fis-16 ta' Lulju 2019 biex jeleġġu lil Ursula von der Leyen bħala President tal-Kummissjoni Ewropea, l-ewwel mara f'din il-kariga.


Hija se tgħaqqad tim abbażi tal-kandidati nominati mill-kapitali nazzjonali - il-kummissarji nnominati - u l-kompetenza u l-kapaċitajiet tagħhom se jiġu eżaminati mill-MPE f'sensiela ta' seduti ta' smigħ tal-kumitati parlamentari lejn l-aħħar ta' Settembru/Ottubru.


Ladarba dan isir, il-MPE se jivvutaw dwar il-Kulleġġ tal-Kummissarji kollu fl-aħħar ta' Ottubru.


Il-leġittimità tal-Kummissjoni u tal-President tagħha għalhekk isserraħ fuq il-leġittimità tal-Parlament u fuq l-elezzjoni demokratika tal-Membri tiegħu.


Skopri aktar dwar ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej u l-kompożizzjoni politika tal-Parlament il-ġdid

Il-Parlament il-ġdid

Il-Parlament il-ġdid iltaqa' għall-ewwel darba bejn it-2 u l-4 ta' Lulju fi Strasburgu.

L-ewwel att tal-Parlament Ewropew li għadu kif ġie elett kien li jeleġġi l-President tiegħu għas-sentejn u nofs li ġejjin. Il-MPE eleġġew ukoll 14 viċi president, ħames kwesturi u ddeċidew dwar id-daqs tal-kumitati tiegħu. In-nomini fil-kumitati ġew deċiżi mill-gruppi politiċi u tħabbru matul sessjoni plenarja. Il-kumitati eleġġew il-presidenti u l-viċi presidenti tagħhom matul l-ewwel laqgħat tagħhom f'Lulju.

L-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni

opportunita għall-Parlament biex jeleġġi l-President tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdida.

Il-Parlament Ewropew eleġġa lil Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss, b'votazzjoni sigrieta fis-16 ta' Lulju.

Is-smigħ tal-Kummissarji desinjati

Is-smigħ huma pubbliċi u huma mistennijin li jiġu organizzati f’Settembru u Ottubru.

Il-Kunsill, bi qbil mal-President tal-Kummissjoni elett u abbażi ta’ suġġerimenti mill-istati membri, jadotta lista ta’ kandidati Kummissarji. Dawn il-Kummissarji deżinjati jidhru quddiem il-kumitati parlamentari rilevanti għall-portafoll tagħhom biex iwieġbu mistoqsijiet dettaljati bil-għan li jiġu vvalutati l-kompetenzi tagħhom mill-MPE..

Elezzjoni tal-Kummissjoni

Ladarba eletta mill-Parlament, il-Kummissjoni tiġi matura formalment mill-Kunsill Ewropew, b’maġġoranza kwalifikata,

Il-Kummissjoni sħiħa għandha tiġi eletta b’maġġoranza tal-voti mitfugħa, b’rendikont tal-votazzjoni, wara li l-President elett ikun ippreżenta l-kulleġġ tal-Kummissarji u l-programm quddiem il-Parlament..