One in five under 25 can't find a job within the EU. Parliament wants to use unspent 82 billion euros from structural funds to create new job opportunities in...(read more) Facebook
The EU's trade deficit with China tripled in just 10 years. How do we rebalance? As a first step, Members want to establish a monitoring board to find out to...(read more) Facebook
Some Parliament members are suggesting that European politicians should show Euro 2012 in Ukraine the red card in protest over the treatment of opposition...(read more) Facebook
Strong - but not invulnerable. Despite an impressive 4 metres and 600kg, the blue fin tuna is an endangered species. And why? Overfishing and illegal catches....(read more) Facebook
L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej mistennija ssir realtà mill-1 ta' April 2012. Fi kliem il-President tal-Parlament Martin Schulz, din hija xi ħaġa sabiħa iżda wkoll att serju ħafna ta' demokrazija parteċipattiva diretta b'riżultat ta' żvilupp fuq deċennju għall-ftuħ ta' orizzonti kompletament ġodda għall-Unjoni.
Ix-xiri ta’ dar jew appartament ta’ spiss huwa l-akbar investiment li persuna qatt tista’ tagħmel f'ħajjitha, iżda minkejja dan ħafna nies ma jifhmux bis-sħiħ il-kundizzjoni tal-ipoteki li qegħdin jiffirmaw. Il-kundizzjonijiet ta’ kreditu faċli sal-2008 alimentaw prattiki ta’ self u tislif b’riskju għoli madwar l-UE, li kkontribwixxew b’mod sostanzjali għall-kriżi tad-dejn attwali.
Mindu ġie propost, il-Ftehim kummerċjali dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni (ACTA) wera kemm huwa kontroversjali. Il-Ftehim huwa maħsub sabiex id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu infurzati b'mod aktar effettiv fil-livell internazzjonali. Ħafna pajjiżi żviluppati jemmnu li l-ekonomiji tagħhom se jsofru ħsara minħabba l-falsifikazzjoni u l-ikkuppjar.
Bit-tkomplija tal-kriżi ekonomika, kwantità kbira ta' kwistjonijiet dwar l-enerġija u t-trasport fuq l-aġenda u n-negozjati għar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni, jidher li se jkunu 12-il xahar mimlijin xogħol għall-MEPs.
Il-Parlament Ewropew kważi wasal f’nofs is-seba’ leġiżlatura u kienu sentejn u nofs kemmxejn imqanqala minħabba l-kriżi ekonomika. Hekk kif qed noqorbu għall-punt ta’ bejn elezzjoni u oħra, nagħtu ħarsa lura lejn il-leġiżlazzjonijiet ewlenin li ġew approvati mill-MPE, inkluż il-pakkett ta’ sitt atti dwar il-governanza ekonomika, is-superviżjoni finanzjarja, ta’ regoli għall-ħarsien tal-konsumatur b’firxa wiesgħa ta’ applikazzjoni u d-drittijiet tal-passiġġiera.
Il-votazzjoni ta’ Ottubru fil-Parlament Ewropew dwar il-baġit tal-UE għas-sena d-dieħla mmarkat it-tmiem tal-istadju finali tan-negozjati. Jekk il-baġit tal-UE għall-2012 għandu jiġi adottat fl-ewwel nofs ta’ Diċembru, il-Parlament u l-Istati Membri jeħtiġilhom jilħqu qbil dan ix-xahar.
Fil-11 ta’ Ottubru, l-MPE bdew jaraw it-tliet films nominati għall-Premju LUX 2011: “Attenberg” ta’ Athina Rachel Tsangari, " Les neiges du Kilimandjaro" ta’ Robert Guédiguian, u "Play" ta’ Ruben Östlund. Il-voti għandhom jintefgħu sal-10 ta’ Novembru u l-premju se jingħata f’ċerimonja matul is-sessjoni plenarja ta’ Novembru tal-Parlament fi Strasburgu.
Min ser jirbaħ il-Premju Sakharov għas-sena 2011? Il-Parlament Ewropew għażel tliet finalisti li jissieltu għad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. F'dan il-fokus nagħtu ħarsa lejn in-nominati u nipprovdu informazzjoni ta' sfond dwar il-Premju.
Il-leġiżlazzjoni ta' ċertu prodotti tal-ikel kienet fuq il-menù tal-PE. L-MEPs se jkunu qed jivvutaw fuq proposti relatati mal-OĠM, it-tikkettar u l-kwalità tal-ikel. L-idea bażika hija li l-konsumaturi jingħataw aktar informazzjoni u jkollhom l-għażla u l-kwalità. Fl-aħħar mill-aħħar huma jridu jiddeċiedu x’jieklu – iżda dawn id-deċiżjonijiet se jgħinuhom jagħmlu għażla iktar informata.
L-infiq agrikolu jgħodd 41% tal-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea u ilu fil-qalba tal-politika tal-UE mill-bidu nett tal-proġett ta’ kooperazzjoni Ewropew. Waqt li l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri qed iħejju ruħhom biex iħaqquha ma’ xulxin fuq il-baġit għat-tul tal-UE, nagħtu ħarsa lejn ir-rwol tal-Politika Agrikola Komuni fl-hekk imsejjaħ Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-2013-2020.