Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Artikli 

A belgian identity card. ©BELGA/J.Hamers        

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, id-dettalji dwar il-karta tal-kreditu, l-itinerarju tal-ivvjaġġar, il-biljett u l-informazzjoni dwar il-bagalji: kollha data li se tinġabar skont il-proposta leġiżlattiva tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri. Din il-miżura, miċħuda l-ewwel darba fl-2013 minħabba fi tħassib dwar l-impatt li jista' jkollha fuq id-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data, issa reġgħet sabet ruħha fuq l-aġenda tal-Membri tal-PE.

MEP Kirkhope fields questions and concerns from NGOs and airlines over the balance between freedom and security as debate intensifies over Passenger Name Records.
       

Timothy Kirkhope huwa jiddeskrivi l-PNR bħala "importanti ħafna meta jkunu qed jiġu affrontati mhux biss l-avvenimenti riċenti bħall-attakki terrorisiċi terribbli f'Pariġi, iżda wkoll kriminalità maġġuri". Hekk kif id-dibattitu dwar il-PNR isir aktar intensiv, ara l-vidjo tagħna fejn huwa jindirizza mistoqsijiet u tħassib mill-NGOs u l-linji tal-ajru dwar il-bilanċ bejn il-libertà u s-sigurtà.

Artikli 

Double interview with Anna Elżbieta Fotyga and Claude Moraes        

Wara x-xokk inizjali waslu r-reazzjonijiet. Ftit jiem biss wara l-attakki f'Pariġi, il-gvernijiet u l-politiċi bdew jitolbu aktar għodod għall-ġlieda kontra t-terroriżmu. Kif se jimxu id f'id ma' miżuri bħal dawn id-drittijiet taċ-ċittadini għall-privatezza u għall-libertà ta' moviment? Tkellimna ma' Anna Elżbieta Fotyga, President tas-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża, u ma' Claude Moraes, President tal-Kumitat għall-Ġustizzja.