PNR: il-ġbir ta’ data dwar passiġġieri internazzjonali 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Kjoskijiet awtomatizzati ta' kontroll tal-passaporti f’terminal ta' ajruport internazzjonali ©BELGA/Getty Images/AFP/S.Olson  

Atti ta’ terroriżmu f’Pariġi u f’Kopenħagen, kif ukoll il-kriżi fil-Lvant Nofsani u l-Ukraina, poġġew il-kwistjonijiet ta’ sigurtà lura fil-quċċata tal-aġenda p

Fid-dawl tal-attakki terroristiċi li seħħew lejn il-bidu tas-sena, x’jista’ jsir biex tiġi żgurata Ewropa aktar sigura? Il-proposta ripetutament invokata tinvolvi ż-żamma ta’ data dwar il-passiġġieri ta' vjaġġaturi internazzjonali. Pjanijiet biex l-ewwel jiġu implimentati regoli dwar l-użu tal-PNR fil-livell tal-UE ġew miċħuda fl-2013 peress li l-MEPs kienu mħassba dwar il-ħtieġa u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta u l-konformità tagħha mad-drittijiet fundamentali.


Madankollu, it-theddid li qed tiffaċċja l-Ewropa wassal biex il-ġlieda kontra t-terroriżmu issir prijorità u l-gvernijiet nazzjonali tennew il-ħtieġa għal leġiżlazzjoni Ewropea dwar ir-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri. F’riżoluzzjoni adottata fil-11 ta’ Frar, il-Membri tal-PE impenjaw ruħhom li jaħdmu lejn il-finalizzazzjoni ta’ direttiva sal-aħħar tas-sena.


Fis-26 ta’ Frar, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili ddiskuta abbozz ta’ test ġdid dwar il-PNR miktub minn Timothy Kirkhope, membru tar-Renju Unit li jappartjeni għall-Grupp ECR. Fil-15 ta’ Lulju, il-Kumitat adotta test rivedut bi 32 vot favur u 27 vot kontra. Il-Membri tal-PE daħħlu salvagwardji biex jiżguraw il-legalità ta’ kwalunkwe użu tad-data, filwaqt li sostnew li din għandha tintuża biss biex tindirizza t-terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali serja. Huma approvaw ukoll il-mandat biex jinbdew negozjati mal-Kunsill tal-UE. Id-diskussjonijiet bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma mistennija li jibdew dalwaqt.


Sib aktar dwar il-proposti billi tikklikkja hawn.