Timothy Kirkhope: "Il-PNR huwa għodda ewlenija sabiex jiġu affrontati t-terroriżmu u l-kriminalità" 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Timothy Kirkhope huwa jiddeskrivi l-PNR bħala "importanti ħafna meta jkunu qed jiġu affrontati mhux biss l-avvenimenti riċenti bħall-attakki terrorisiċi terribbli f'Pariġi, iżda wkoll kriminalità maġġuri". Hekk kif id-dibattitu dwar il-PNR isir aktar intensiv, ara l-vidjo tagħna fejn huwa jindirizza mistoqsijiet u tħassib mill-NGOs u l-linji tal-ajru dwar il-bilanċ bejn il-libertà u s-sigurtà.

Timothy Kirkhope huwa l-Membru tal-Parlament Ewropew responsabbli mill-abbozzar tar-rapport tal-Parlament dwar il-proposta għar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR).

"Il-PNR ilu hawn tliet snin, bħala proġett li jagħmel sens ħafna sabiex nipprovaw nistabbilixxu ċerti standards Ewropej għall-informazzjoni li tittieħed mill-passiġġieri", jgħid il-Membru tal-ECR Brittaniku Timothy Kirkhope.
Għal aktar fuq il-PNR u t-tħassib relatat, ara l-vidjo Europarl1TV tagħna hawn fuq.