Dibattitu Presidenzjali: il-kandidat prinċipali Nico Cué (EL)

Nico Cué hu fost il-kandidati għall-Presidenza tal-KE li fil-15 ta' Mejju se jkunu qed jieħdu sehem f'dibattitu f'xandira diretta fl-Ewropa kollha mill-PE fi Brussell.

Dibattitu Presidenzjali tal-UE: kandidat ewlieni Nico Cué (EL)

Dwar Cué


Isem: Nico Cué

Partit politiku Ewropew: Xellug Ewropew (EL)

Nazzjonalità: Spanjol

Età: 62

Karriera: Irtirat

Segretarju Ġenerali tal-ħaddiema tal-azzar fl-FGBT (Fédération Générale du Travail de Belgique) bejn l-2006 u l-2019

Beda jaħdem fl-azzar ta' 20 sena

Dwar id-dibattitu

Bħala parti mit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet Ewropej, il-partiti politiċi nnominaw kandidati għall-kariga ta' president tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kandidat prinċipali nominat mill-Kunsill, u li jkun kapaċi jġib maġġoranza fil-Parlament, jiġi elett President tal-Kummissjoni Ewropea b'votazzjoni fil-Parlament.

Xi drabi l-kandidati prinċipali jissejħu "Spitzenkandidaten", bil-Ġermaniż. Din is-sistema ntużat għall-ewwel darba fl-2014 biex jintgħażel il-President attwali tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker.

Id-Dibattitu Presidenzjali – Elezzjonijiet Ewropej 2019 fil-15 ta' Mejju fid-21.00 CET hija opportunità biex niskopru x'inhi l-pożizzjoni tal-kandidati prinċipali dwar diversi suġġetti.

Xi partiti politiċi nnominaw aktar minn kandidat prinċipali wieħed, iżda għażlu persuna waħda biex tirrappreżentahom fid-dibattitu.

Tliet preżentaturi televiżivi se jkunu qed jimmoderaw id-dibattitu. L-ordni tal-kelliema ttella' bil-polza.

Ix-Xellug Ewropew innomina żewġ kandidati prinċipali: il-kandidata l-oħra hija Violeta Tomič. Tomič hija Membru Parlamentari mis-Slovenja u għandha l-kariga ta' viċi koordinatur tal-partit Levica.

Fil-Parlament, ix-Xellug Ewropew huwa allinjat mal-grupp GUE/NGL.

European political parties nominated lead candidates for the European Commission presidency and the "Presidential Debate" on 15 May.
Nico Cué

Għal aktar informazzjoni