Is-Sigurtà: titjib tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen  

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen  

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen qed tiġi msaħħa biex tipprovdi aktar sigurtà lill-Ewropej. Skopri t-titjib fl-infografika tagħna.

L-Erbgħa 24 ta' Ottubru, Il-Membri tal-PE approvaw regoli ġodda biex itejbu l-ġestjoni tal-fruntieri esterni u jippreservaw is-sigurtà interna fi 30 pajjiż Ewropew, u vvotaw fuqhom l-għada. Il-miżuri għat-tisħiħ tal-bażi tad-data tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) timmira wkoll li tintensifika l-ġlieda tal-UE kontra t-terroriżmu, il-kriminalità transfruntiera u l-migrazzjoni irregolari.

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen  
  • A centralised, large-scale information database that supports external border control and law-enforcement cooperation 
Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen  

Fruntieri esterni aktar b'saħħithom

Fis-snin riċenti, il-fruntieri esterni sabu ruħhom taħt pressjoni u xi pajjiżi introduċew mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni b'rispons għall-attakki terroristiċi fl-Ewropa u l-influss ta' rifuġjati fl-UE fl-2015.

Sabiex tiġi żgurata s-sopravivenza taż-żona mingħajr fruntieri ta’ Schengen u tissaħħaħ il-fruntiera esterna komuni, Il-Kummissjoni Ewropea ressqet pakkett ta’ tliet proposti leġiżlattivi F'Diċembru 2016 bl-għan li tirrevedi l-qafas legali tas-SIS.

"Is-SIS se tibqa' l-ikbar bażi ta' data u l-iktar waħda użata u implimentata bl-aħjar mod fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, filwaqt li tagħti aktar sigurtà liċ-ċittadini tagħna," qal il-Membru Portugiż tal-PPE Carlos Coelho, il-Membru Parlamentari Ewropew inkarigat.

Riformi ewlenin

Biex tgħin sabiex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari, is-sistema se tagħti spinta lill-iskambju ta’ informazzjoni u tinkudi twissijiet dwar ċittadini mhux tal-UE soġġetti għal deċiżjoni ta' ritorn.

"Bħalissa l-Istati Membri ma jiskambjawx informazzjoni dwar jekk ċittadin ta’ pajjiż terz ikunx irċieva deċiżjoni ta’ ritorn jew le. Minħabba dan in-nuqqas ta’ skambju ta’ informazzjoni, ċittadin ta’ pajjiż terz bl-obbligu li jirritorna jista' faċilment jevita dan l-obbligu, billi jmur fi Stat Membru ieħor," qal il-membru Netherlandiż tal-PPEJeroen Lenaers, il-Membru l-ieħor tal-PE inkarigat mit-tmexxija tal-pjanijiet fil-Parlament.

L-Istati Membri issa se jkunu obbligati jaqsmu d-dettalji tal-atti terroristiċi mal-Istati Membri kollha u jeħtiġilhom ukoll joħolqu twissijiet dwar it-terroriżmu u jiskambjaw l-informazzjoni.

Se jkun hemm twissijiet preventivi ġodda dwartfal f'riskju ta’ vjolenza, żwieġ sfurzat jew ħtif mill-ġenituri, kif ukoll twissijiet biex jiġu identifikati l-kriminali, u użu akbar tal-bijometrija.

Se jkun hemm regoli aktar b’saħħithom dwar il-protezzjoni tad-data, fosthom aktar mezzi u superviżjoni mill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data.


Sfond

Is-SIS ġiet stabbilita fl-1990 wara li tneħħew il-fruntieri interni fiż-żona Schengen. Il-forma attwali (magħrufa bħala "SIS II") ġiet adottata fl-2006 u saret operattiva fl-2013.

In-negozjaturi tal-Parlament u tal-Kunsillwaslu għal ftehim dwar il-miżuri l-ġodda f’Ġunju, u dan ġie approvat mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili.


Il-passi li jmiss

Ir-regoli l-ġodda kienu ġew miftiehma min-negozjaturi tal-Parlament u tal-Kunsill f’Ġunju, iżda xorta waħda se jeħtiġilhom approvazzjoni formali min-naħa tal-Kunsill qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ.