Soċjetà 

Prodotti għal din il-kategorija 

Sigurtà fil-fruntieri: kif il-Parlament qed jgħin biex l-Ewropa tibqa' sigura        

Il-kriżi tal-migrazzjoni wriet li ma jistax ikollna żona Schengen ta' moviment liberu mingħajr fruntieri esterni sodi. Skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru, 71% tal-Ewropej iridu li l-UE tagħmel aktar biex tipproteġi dawn il-fruntieri. Il-Parlament qed jaħdem fuq firxa ta' inizjattivi biex isaħħaħ dawk il-kontrolli.

MEP Julie Ward        

Soċjetà 
 

Il-ġrajjiet li seħħew dan l-aħħar fl-Ewropa ġabu fuq quddiem nett tad-dibattitu pubbliku l-kwistjonijiet tal-emarġinazzjoni u tal-estremiżmu. Fis-7 ta' Diċembru l-Kumitat għall-Kultura tal-Parlament adotta rapport dwar ir-rwol tad-djalogu interkulturali, id-diversità kulturali u l-edukazzjoni fil-promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-UE. Qabel ma saret il-votazzjoni, tkellimna mal-awtriċi tar-rapport Julie Ward, Membru tal-Grupp S&D mir-Renju Unit.

A belgian identity card. ©BELGA/J.Hamers        

Soċjetà 
 

L-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, id-dettalji dwar il-karta tal-kreditu, l-itinerarju tal-ivvjaġġar, il-biljett u l-informazzjoni dwar il-bagalji: kollha data li se tinġabar skont il-proposta leġiżlattiva tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri. Din il-miżura, miċħuda l-ewwel darba fl-2013 minħabba fi tħassib dwar l-impatt li jista' jkollha fuq id-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data, issa reġgħet sabet ruħha fuq l-aġenda tal-Membri tal-PE.

'Mustang' seraq il-qlub tal-MPE bil-personalità qawwija ta' ħames tfajliet. Id-direttur żagħżugħ Tork-Franċiż jitkellem ma' EuroparlTV dwar il-messaġġ qawwi tal-film.
       

Mustang rebaħ il-Premju LUX 2015 bl-istorja kommoventi tiegħu ta' ħamest aħwa bniet Torok li, b'determinazzjoni li jgħixu ħajjithom kif jixtiequ huma, ma jżommux mat-tradizzjoni. "Xtaqt ngħid b'sens ta' urġenza xi jfisser li tkun mara, xi ħaġa li hi aktar akuta u urġenti fil-każ tat-Turkija," qalet id-direttriċi Deniz Gamze Ergüven dwar il-film tagħha. Id-direttriċi Franċiża-Torka ta' Mustang, film li jippromwovi l-ideali Ewropej, qalet li tħossha "onorata immensament" li rebħet il-premju.

Interview with rapporteur György SCHÖPFLIN        

L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej kienet innovazzjoni fit-Trattat ta' Lisbona li tat lin-nies id-dritt li jeżiġu azzjoni tal-UE dwar suġġett partikolari, dment li jiġbru miljun firma. Madankollu, wara tliet snin l-ebda inizjattiva għadha ma wasslet għal proposta leġiżlattiva ġdida. Il-Kummissjoni qed tħejji rieżami, imma l-Membri diġà adottaw diversi ideat dwar kif jista' jittejjeb il-proċess fit-28 ta' Ottubru. Tkellimna mal-awtur tar-rapport György Schöpflin, membru Ungeriż tal-Grupp PPE.

Il-film finalista 'Mustang' ser jirbaħ il-premju tal-Parlament din is-sena? Jew ser jirbaħ 'Mediterranea' - li jesplora l-kundizzjoni tal-immigranti - jew 'The Lesson' - storja dwar id-dilemmi etiċi?
       

Soċjetà 
 

Dalwaqt f'ċinema qribek: it-tliet films finalisti tal-Premju LUX ta' din is-sena se jkunu qed jintwerew f'aktar minnminn 40 belt bis-sottotitoli fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Matul il-Lux Film Days l-udjenzi madwar l-UE ħa jkollhom l-opportunità li jaraw il-films b'xejn u jagħżlu l-favoriti tagħhom. Ir-rebbieħ, li ser jintagħżel mill-MEPs jitħabbar fil-sessjoni plenarja fi Strasburgu, fl-24 ta' Novembru.

infographic illustration        

Soċjetà 
 

L-użu ta' organiżmi modifikati ġenetikament huwa dejjem kontroversjali. L-UE għandha regoli stretti u proċeduri ta' awtorizzazzjoni kumplessi għall-kultivazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Ħawn that inwasslu l-isfond tas-sitwazzjoni.

Interview with Giovanni La Via        

Il-manifattur Ġermaniż tal-karozzi Volkswagen ammetta li diversi miljuni mill-karozzi li biegħ fid-dinja kellhom tagħmir apposta li jqarraq bit-testijiet tal-emissjonijiet sabiex jidhru li jniġġsu inqas. Fil-PE l-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet hi r-responsabilità tal-Kumitat għall-Ambjent. Il-president tiegħu, il-Membru Taljan tal-PPE, Giovanni La Via, qalilna li jeħtieġ investigazzjoni bir-reqqa, tisħiħ tar-regoli dwar l-emissjonijiet u sorveljanza xierqa fil-livell tal-UE.

Interview with Gilles Pargneaux        

Qed jogħlew it-temperaturi, jinħall is-silġ, u n-nixfiet u l-għargħar qed isiru dejjem aktar spissi – ilkoll sinjali li t-tibdil fil-klima hu theddida reali. F'Diċembru se jsir tentattiv biex jintlaħaq ftehim ġdid dwar il-klima waqt summit speċjali tan-NU f'Pariġi. Nhar l-Erbgħa l-Kumitat ENVI adotta rapport bil-miri tal-PE għal dawn in-negozjati. Wara l-vot, ir-rapporteur Gilles Pargneaux (S&D, FR) tkellem magħna dwar l-objettivi stabbiliti. Il-vot fil-plenarja hu ppjanat għall-14 ta' Ottubru.

Interview with Ska Keller        

Kuljum, mijiet ta' rifuġjati qed jaslu fil-fruntieri esterni tal-UE. Fid-9 ta' Settembru l-Membri tal-PE approvaw pjan biex 40,000 migrant jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja lejn Stati Membri oħra. Wara l-vot tkellimna ma' Ska Keller, il-membru tal-Grupp tal-Ħodor/ALE mill-Ġermanja responsabbli mit-tmexxija tal-pjan fil-PE, dwar il-kriżi tar-rifuġjati u l-iskema ta' rilokazzjoni.

Rapa Iti        

Soċjetà 
 

M’hemm ebda ajruport f’Rapa Iti u biex tasal hemm permezz ta’ vapur tal-merkanzija minn Tahiti tieħu madwar 50 siegħa. Barra minn hekk dawn it-tip ta’ vapuri huma ftit, filwaqt li l-vjaġġi għal Rapa Iti huma rari. B’hekk Rapa Iti, flimkien ma’ Pitcairn u Easter Island, huma uħud mill-aktar gżejjer iżolati fin-Nofsinhar tal-Paċifiku.

Il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ: L-Impjieg għaż-Żgħażagħ prijorità tal-UE        

Attivi, edukati iżda ħafna minnhom mingħajr impjieg. Aktar minn 5.3 miljun Ewropew taħt il-25 sena qed isibha diffiċli biex isib impjieg. Għaldaqstant l-impjieg għaż-żgħażagħ huwa prijorità ewlenija għall-UE. Qabel il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ, iċċelebbrat fit-12 ta’ Awissu, aqra dan l-artiklu sabiex tinforma ruħek dwar x’qed tagħmel l-UE dwar dan u agħti daqqa t’għajn lejn l-infografija tagħna għal aktar informazzjoni interessanti dwar iż-żgħażagħ Ewropej.