Kif l-UE ttejjeb id-drittijiet tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

©AP Images/European Union-EP 

Skopri kif l-UE qed ittejjeb id-drittijiet tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa kollha, mis-sigħat tax-xogħol u l-liv tal-ġenituri sas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol.

The EU has put in place a set of labour rules to ensure strong social protection. They include minimum requirements on working conditions - such as working time, part-time work, workers’ rights - to information about important aspects of their employment and the posting of workers. They have become one of the cornerstones of Europe's social policies.


The social partners - trade unions and employers organisations - are involved in the shaping of European social and employment policies via the so-called social dialogue, through consultations and opinions, and can also negotiate framework agreements on specific matters.


Workers’ rights and new forms of work


The EU has introduced minimum common standards on working hours applicable to all member states. EU legislation in the field of working time establishes individual rights for all workers, with a maximum working week of 48 hours, paid annual leave of at least four weeks per year, rest periods and rules on night work, shift work and patterns of work.


Over the years, Europe has witnessed significant changes in the labour market, including digitalisation and the development of new technologies, growing flexibility and fragmentation of work. These developments have generated new forms of employment, with an increase in temporary positions and non-standard jobs.


To protect all workers in the EU and improve the rights of the most vulnerable employees on atypical contracts, MEPs adopted in 2019 new rules introducing minimum rights on working conditions. The legislation sets protective measures such as limiting the length of the probationary period to six months, introducing free mandatory training and banning restrictive contracts. The rules also require that all new employees get key information on their responsibilities within a week of starting work.


The EU also wants workers to be involved in their company's decision-making and has established a general framework for the rights of workers to be informed and consulted.


EU rules require that in the event of mass redundancies employers must negotiate with workers’ representatives.


At transnational level, employees are represented by European Works Councils. Through these bodies, workers are informed and consulted by management on any significant decision at EU level that could affect employment or working conditions.

The EU has introduced minimum common standards on working hours ©AP Images/European Union-EP 

L-UE stabbiliet sett ta' regoli tax-xogħol sabiex tiżgura protezzjoni soċjali b'saħħitha. Dawn jinkludu rekwiżiti minimi dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol bħall-ħinijiet tax-xogħol, ix-xogħol part-time, id-drittijiet tal-ħaddiema għall-informazzjoni dwar aspetti importanti tal-impjieg tagħhom u l-istazzjonar tal-ħaddiema. Dawn saru wieħed mill-pedamenti tad-dimensjoni soċjali tal-Ewropa.

L-imsieħba soċjali (it-trade unions u l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem) huma involuti fit-tfassil tal-politiki soċjali u tal-impjiegi Ewropej permezz tal-hekk imsejjaħ "djalogu soċjali", permezz ta' konsultazzjonijiet u opinjonijiet, u jistgħu wkoll jinnegozjaw ftehimiet qafas dwar kwistjonijiet speċifiċi.


Id-drittijiet tal-ħaddiema u forom ġodda ta' xogħol

L-UE introduċiet standards minimi komuni dwar is-sigħat tax-xogħol applikabbli fl-UE kollha. Il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-ħin tax-xogħol tistabbilixxi drittijiet individwali għall-ħaddiema kollha, b'ġimgħa tax-xogħol massima ta' 48 siegħa, b'liv annwali mħallas ta' mill-inqas 4 ġimgħat fis-sena, b'perjodi ta' mistrieħ u regoli dwar ix-xogħol ta' billejl, ix-xogħol bix-shift u t-tendenzi tax-xogħol.

Matul is-snin, l-Ewropa rat bidliet sinifikanti fis-suq tax-xogħol, inklużi d-diġitalizzazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda, il-flessibbiltà dejjem tikber u l-frammentazzjoni tax-xogħol. Dawn l-iżviluppi ġġeneraw forom ġodda ta' impjiegi, b'żieda fil-pożizzjonijiet temporanji u impjiegi mhux standard.

Biex tipproteġi l-ħaddiema kollha fl-UE u ttejjeb id-drittijiet tal-impjegati l-aktar vulnerabbli b'kuntratti atipiċi, fl-2019 il-Parlament adotta regoli ġodda li jintroduċu drittijiet minimi dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi miżuri protettivi bħalma huma l-limitazzjoni tat-tul tal-perjodu ta' prova għal sitt xhur, l-introduzzjoni ta' taħriġ obbligatorju u l-projbizzjoni ta' kuntratti restrittivi. Ir-regoli jeħtieġu wkoll li l-impjegati l-ġodda kollha jiksbu informazzjoni ewlenija dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom fi żmien ġimgħa minn meta jibdew jaħdmu.

L-UE trid ukoll li l-ħaddiema jkunu involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji u stabbiliet qafas ġenerali għad-drittijiet tal-ħaddiema li jkunu infurmati u kkonsultati.

Ir-regoli tal-UE jeħtieġu li f'każ ta' sensji tal-massa, l-impjegaturi jridu jinnegozjaw mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.

Fil-livell transnazzjonali, l-impjegati huma rappreżentati mill-Kunsilli Ewropej tax-Xogħol. Permezz ta' dawn il-korpi, il-ħaddiema jiġu infurmati u kkonsultati mill-maniġment dwar kwalunkwe deċiżjoni sinifikanti fil-livell tal-UE li tista' taffettwa l-impjieg jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Il-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-UE

Ir-regoli tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri jiggarantixxu li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mid-dritt tagħhom li jmorru jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE biex jistudjaw, jaħdmu jew jistabbilixxu ruħhom hemmhekk, filwaqt li jiksbu l-benefiċċji soċjali u tas-saħħa li huma intitolati għalihom. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tkopri l-mard, il-liv tal-maternità/tal-paternità, benefiċċji tal-familja, tal-qgħad u benefiċċji simili u bħalissa qed tiġi riveduta.

Id-Deċiżjoni li tinħoloq aġenzija ġdida tal-UE, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li se tkun operattiva bis-sħiħ sal-2023, ġiet adottata fl-2019 biex tassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-UE fil-qasam tal-mobbiltà tax-xogħol u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali.

L-impjegati jistgħu jintbagħtu mill-kumpaniji tagħhom lil Stat Membru ieħor fuq bażi temporanja, biex iwettqu kompiti speċifiċi. Fl-2018, ir-regoli tal-UE dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema ġew riveduti sabiex jiġi żgurat il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post.

Sabiex jiġi indirizzat il-qgħad u jkun hemm qbil aħjar bejn il-provvista u d-domanda tas-suq tax-xogħol madwar l-Ewropa, fl-2016 il-Parlament approva liġi ġdida li ġġedded in-Netwerk tal-Impjiegi Ewropej EURES b'bażi tad-data mal-UE kollha ta' persuni li qed ifittxu impjieg u postijiet tax-xogħol battala.


Is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema

L-Unjoni Ewropea tadotta leġiżlazzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, biex tikkomplementa u tappoġġa l-attivitajiet tal-Istati Membri.

Id-Direttiva Qafas Ewropea dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol tistabbilixxi prinċipji ġenerali relatati mar-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sikurezza. Din tapplika għal kważi s-setturi kollha tal-attività pubblika u privata u tiddefinixxi l-obbligi għal min iħaddem u għall-impjegati.

Barra minn hekk, hemm regoli speċifiċi li jkopru l-esponiment għal sustanzi perikolużi, gruppi ta' ħaddiema (nisa tqal, ħaddiema żgħażagħ,...), kompiti speċifiċi (tqandil manwali ta' tagħbijiet,...) u postijiet tax-xogħol (bastimenti tas-sajd,...).

Id-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-karċinoġeni jew il-mutaġeni fuq il-post tax-xogħol, pereżempju, tiġi aġġornata regolarment billi jiġu stabbiliti limiti ta' esponiment għal sustanzi speċifiċi.

L-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu standards aktar stretti meta jittrasponu d-direttivi tal-UE fil-liġi nazzjonali.

B'forza tax-xogħol li qed tixjieħ u età tal-irtirar ogħla, żdied ir-riskju li jiġu żviluppati problemi tas-saħħa. Fl-2018, il-Parlament Ewropew adotta rapport li jipproponi miżuri li jiffaċilitaw ir-ritorn tan-nies lejn il-post tax-xogħol wara leave tal-mard fit-tul u biex jinkludu aktar nies b'mard kroniku u persuni b'diżabilità fil-forza tax-xogħol.



Il-promozzjoni tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-ugwaljanza bejn is-sessi

Il-Parlament Ewropew minn dejjem kien difensur qawwi tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tiegħu.

Biex jiġu pprovduti aktar opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa u biex titħeġġeġ il-kondiviżjoni aħjar tar-responsabbiltajiet ta' indukrar, fl-2019 il-Parlament adotta sett ta' regoli ġodda li jippermettu lill-ġenituri u lill-ħaddiema li jieħdu ħsieb qraba b'kundizzjonijiet mediċi serji biex jirrikonċiljaw aħjar il-ħajja tax-xogħol u dik privata tagħhom.

Id-Direttiva tistabbilixxi minimu ta' 10 ijiem ta' liv tal-paternità, minimu ta' 4 xhur liv tal-ġenituri għal kull ġenitur (li minnhom 2 mhumiex trasferibbli) u 5 ijiem fis-sena ta' liv tal-persuni li jindukraw u tipprovdi għal arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli.

Id-drittijiet tal-maternità huma definiti fid-Direttiva dwar il-Ħaddiema Nisa Tqal, li tistabbilixxi l-perjodu minimu għal-liv tal-maternità għal 14-il ġimgħa, b'ġimgħatejn liv obbligatorju qabel u/jew wara l-ħlas.

Il-Parlament qed iħeġġeġ kontinwament ukoll għal aktar miżuri biex tiġi miġġielda d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, jitnaqqas id-distakk fil-pensjonijiet u talab li jkun hemm regoli tal-UE biex jiġu indirizzati l-fastidju morali u l-fastidju sesswali.