One in five under 25 can't find a job within the EU. Parliament wants to use unspent 82 billion euros from structural funds to create new job opportunities in...(read more) Facebook
The EU's trade deficit with China tripled in just 10 years. How do we rebalance? As a first step, Members want to establish a monitoring board to find out to...(read more) Facebook
Some Parliament members are suggesting that European politicians should show Euro 2012 in Ukraine the red card in protest over the treatment of opposition...(read more) Facebook
Strong - but not invulnerable. Despite an impressive 4 metres and 600kg, the blue fin tuna is an endangered species. And why? Overfishing and illegal catches....(read more) Facebook
L-istorja u l-baġit jingħaqdu fil-Politika Agrikola Komuni, u jagħmluha waħda mill-pjanijiet ta’ azzjoni l-aktar importanti għall-UE. Id-diskussjoni dwar il-PAK futura mhijiex biss kruċjali għall-bdiewa iżda għaċ-ċittadini Ewropej kollha, peress li tindirizza l-isfida tas-sigurtà tal-ikel, qal il-President tal-Kumitat għall-Agrikoltura Paolo De Castro hekk kif qed jinfetħu n-negozjati dwar politika agrikola ġdida tal-UE għall-2014-2020.
L-infiq agrikolu jgħodd 41% tal-baġit annwali tal-Unjoni Ewropea u ilu fil-qalba tal-politika tal-UE mill-bidu nett tal-proġett ta’ kooperazzjoni Ewropew. Waqt li l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri qed iħejju ruħhom biex iħaqquha ma’ xulxin fuq il-baġit għat-tul tal-UE, nagħtu ħarsa lejn ir-rwol tal-Politika Agrikola Komuni fl-hekk imsejjaħ Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-2013-2020.
Il-Politika Agrikola Komuni tal-UE għandha twieġeb aħjar għall-istennijiet tas-soċjetà jekk ma tridx titlef il-kredibilità tagħha, avża Dacian Cioloş, il-Kummissarju Ewropew għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, meta ressaq il-proposti tiegħu dwar ir-riforma tal-PAK lill-MPE fit-18 ta’ Novembru. Il-Membri tal-Kumitat għall-Agrikoltura appoġġjaw tal-Parlament appoġġjaw b’mod ġenerali l-pjan għat-tisħiħ tal-kompetittività filwaqt li ffukaw fuq is-sostenibilità.
X'jista' jiġri jekk il-bdiewa m'għadhomx jistgħu jaffordjaw l-għalf għall-annimali tagħhom? Bil-prezzijiet taċ-ċereali jogħlew minħabba t-temp ħażin u l-ispekulazzjoni nistgħu niffaċċjaw tnaqqis sinifikanti fil-produzzjoni tal-laħam. Nhar il-Ħamis il-Membri ddiskutew x'azzjoni tista' tieħu l-EU. Preżenti kien hemm il-Kummissarju tal-Agrikoltura Dacian Cioloş waqt li ġiet adotta riżoluzzjoni li ssejjaħ lill-Kummissjoni tiżgura li l-impatt ta' spekulazzjoni fis-settur agrikolu jiġi limitat.