Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter) (agħfas "Enter")
NOT FOUND ! (agħfas "Enter")

Il-Baġit

 

Martin Schulz: "L-UE għandha bżonn baġit raġonevoli"

Artiklu - Baġit 10-04-2012 - 10:49
 

"Il-Parlament Ewropew mhux se jaċċetta inqas flus għall-baġit Ewropew." Dan kien il-kliem li bih il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz fetaħ il-konferenza dwar il-qafas għall-baġit fuq perjodu ta' żmien twil tal-UE għall-2014-2020 fit-22 ta' Marzu. Schulz qal li huwa biss b'baġit raġonevoli li l-Ewropa tista' tagħti spinta t-tkabbir fi żmien ta' awsterità.

 

Niddeċiedu l-Baġit tal-UE għall-2012

Artiklu speċjali - Baġit 17-11-2011 - 17:44
Cascade of euro notes ©Belga/PhotoNonStop  

Il-votazzjoni ta’ Ottubru fil-Parlament Ewropew dwar il-baġit tal-UE għas-sena d-dieħla mmarkat it-tmiem tal-istadju finali tan-negozjati. Jekk il-baġit tal-UE għall-2012 għandu jiġi adottat fl-ewwel nofs ta’ Diċembru, il-Parlament u l-Istati Membri jeħtiġilhom jilħqu qbil dan ix-xahar.

 

Il-baġit tal-UE: Battalja fit-tul

Artiklu speċjali - Baġit 12-05-2011 - 12:30
©Getty Image  

Il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li qed jiffaċċjaw il-kriżijiet ekonomiċi, għadhom lesti li jappoġġjaw l-istrateġija ambizzjuża tat-tkabbir tal-UE 2020, jew se tiġi ostakolata bil-pretensjonijiet tal-Istati Membri mħassba minn dak li jikkontribwixxu fil-baġit u dak li jirċievu lura? U jekk jirnexxilhom joħorġu b’baġit biex jappoġġjaw il-miri tal-2020, x’se jsir mill-oqsma politiki tradizzjonali?

 

Gwida għall-Baġit tal-UE

Analiżi - Baġit 15-12-2010 - 14:43
Gwida għall-Baġit tal-UE ©BELGA_imagebroker_Michaela Begsteiger  

Il-baġit tal-UE mhuwiex xi ħaġa sempliċi, iżda l-ebda baġit qatt ma kien. Isir eżerċizzju annwali bbażat fuq "qafas finanzjarju" għal seba' snin u li jkopru kull ewro li tonfoq l-UE, jew direttament jew, inkella permezz tal-istati membri.

 

Ħarsa lejn il-baġit tal-UE għas-sena 2010

Artiklu speċjali - Baġit 04-02-2010 - 11:23 Aġġornament
Il-baġit tal-UE għas-sena 2010 kif ser jaffettwak?  

F'Diċembru li għadda l-Parlament Ewropew adotta l-baġit finali tal-UE għas-sena 2010, li se jkun ta' €141.4 biljun f'impenji u €122.9 biljun f'pagamenti. F'dan il-fokus ser inħarsu lejn kif il-baġit tal-UE jiġi adottat, kif il-flus jiġu miġbura u kif jintużaw.

 
Il-baġit tal-UE għall-2010: kif ser jolqtok? ©BELGA/DPA/Andreas Gebert  

Nhar it-Tlieta, il-MPE ser dibattitu l-baġit tal-UE għas-sena 2010 (il-votazzjoni ser issir nhar il-Ħamis). L-isfidi ewlenin kienu li jinkisbu flus għall-pjan ta' rkupru u appoġġ tas-settur tal-ħalib. Segwi dan d-dibattitu live nhar it-Tlieta mid-9 ta' filgħodu!