Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter) (agħfas "Enter")
NOT FOUND ! (agħfas "Enter")

Relazzjonijiet esterni

 

L-Ewropa għandha bżonn sħubija ta' vera mal-Eġittu

Artiklu - Relazzjonijiet esterni 09-02-2012 - 14:42
James Moran, il-kap il-ġdid tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Eġittu  

Dan kliem is-Sur James Moran, il-kap il-ġdid tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Eġittu, li jixtieq jiżviluppa sħubija ta' vera ma' dan il-pajjiż sabiex iż-żewġ naħat imorru lil hinn mill-perċezzjonijiet superfiċjali li jistgħu jħaddnu fuq xulxin. "Jekk aħna narawhom bħala nies li dejjem nagħtuhom l-għajnuna, huma jittratawna bħala xi ħadd li jindaħal fl-affarijiet interni tagħhom - hemm bżonn li mmorru lil hinn minn din il-mentalità" hu qal waqt intervista.

 

Delegazzjoni tal-PE fit-Tuneżija biex tevalwa s-sitwazzjoni tal-migrazzjoni

Analiżi - Delegazzjonijiet / Relazzjonijiet esterni 12-07-2011 - 12:25
Delegazzjoni tal-PE fit-Tuneżija  ©BELGA/BELPRESS  

Delegazzjoni tas-6 MPE mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern ser iżuru t-Tuneżija bejn it-13 u s-16 ta' Lulju. Il-għan ewlieni ser ikun biex jaraw b'għajnejhom il-problemi tal-migrazzjoni wara r-rivoluzzjoni fit-Tuneżija. Eluf ta' immigranti qed jaħarbu mil-Libja lejn it-Tuneżija u ammont kbir jippruvaw jfittxu kenn f'Lampedusa. Fl-14 ta' Lulju, l-MPE ser iżuru l-kampi tar-refuġjati. Tista' ssegwi d-delegazzjoni fuq Twitter u fuq is-sit tagħna.

 

Íl-futur tal-Balkani tal-Punent jinsab fl-Ewropa

Artiklu - Relazzjonijiet esterni 15-04-2011 - 12:14
Balkani tal-Punent: Dikjarazzjoni mill-Presidenza tal-Kunsill tal-UE, Viktor Orbán, Prim tal-Ungerija  

"Il-Parlament jibqa' impenjat b'mod sod lejn il-futur Ewropew tal-Balkani tal-Punent", stqarr il-President tal-PE Jerzy Buzek matul il-Laqgħa Parlamentari Konġunta li ġabbret il-mexxejja tal-UE u politikanti mill-UE u mill-Balkani tal-Punent. Filwaqt li l-parteċipanti kienu pożittivi dwar il-futur tar-reġjun, huma insistew fuq l-isfidi u l-problemi li għandhom jiġu megħluba.

 

Qafas komuni għal kontroll aħjar: armi

Artiklu - Kummerċ estern/internazzjonali 14-04-2011 - 16:53
an huwa l-ewwel strument li jorbot rigward armi tan-nar żgħar ©Waldo Jaquith www.flickr.com/waldoj  

L-UE fost l-ikbar produtturi u esportaturi tal-armi madwar id-dinja. Filwaqt li pożizzjoni komuni tiggverna l-bejgħ ta' tagħmir militari lil pajjiżi terzi, xejn ma jeżisti fuq livell Ewropew rigward l-użu tal-armi għal persuni ċivili. Ilbieraħ 13 ta' April, il-Parlament aċċetta li jkun hemm regoment li jżid it-trasparenza għal dawn it-tranżazzjonijiet, filwaqt li jagħmel il-proċedura iktar effiċjenti għall-attivitajiet sportivi u dawk għad-divertiment.

 

Gbagbo arrestat, sitwazzjoni gravi fil-Kosta tal-Avorju

Artiklu - Relazzjonijiet esterni 11-04-2011 - 16:59
Partitarji ta' Ouattara f'Abidjan, Côte d'Ivoire, 31 ta' Marzu 2011 ©UN Photo/Basile Zoma  

L-eks president Laurent Gbagbo, li rrefjuta jgħaddi l-poter ġie arrestat illum. Abidjan kienet it-teatru tal-forzi jiġġieldu favur il-President elett Alassane Ouattara u dak li tilef l-elezzjoni Laurent Gbagbo. Forzi internazzjonali ipprovaw jipproteġu ċ-ċivili u l-użu ta' armi tqal. Sadattant is-sitwazzjoni umanitarja hija ħażin ħafna b'nuqqas ta' ikel u ta' ilma, nies feruta. Ser issir diskussjoni t-Tlieta 12 ta' April fil-Kumitat għall-Affarijiet Esterni.

 

"L-istorja tal-għajnuna trid tingħad aħjar" Bill Gates

Artiklu - Żvilupp u koperazzjoni 06-04-2011 - 11:13
"Kondizzjonijiet ta' saħħa aħjar jistgħu jindirizzaw l-aspetti l-oħra kollha li rridu ntejbu," Bill Gates fil-PE  

Żgur li taħsbu wasal Bill Gates fil-Parlament u wasal Microsoft in persona b#xi bodygaurd u bil-bwiet mimlijin flus. Forsi...., iżda għal min ma jafx hu żar il-Parlament biex jindirizza lill-Kumitat għall-Iżvilupp sabiex jippreżenta l-inizjattiva tiegħu Living Proof initiative u juri kif għin fil-ġlieda kontra l-faqar u fl-isforzi favur l-iżvilupp.

 

"Nipproteġu d-drittijiet ċivili tal-populazzjoni Libjana" Gabriele Albertini

Artiklu - Relazzjonijiet esterni 22-03-2011 - 10:44
Din mhijiex gwerra għaliex ma kienx hemm dikjarazzjoni ta' gwerra kontra Stat ©BELGA/AFP  

Ir-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti meħudha nhar il-Ħamis 17 ta' Marzu fetħet it-triq biex il-Libja tiġi ddikjarata żona no-fly. Operazzjonijiet militarji bdew fl-aħħar tal-ġimgħa b'mira prinċipali: li jipproteġu l-poplu u jevitaw it-tixrid tad-demm. Il-komunità internazzjonali qed tibża' minn diżastru uman. Qabel ma bdew l-offensivi ir-ribelli kellhom diffikultà jirreżistu l-qawwa tat-truppi fidili lejn Gaddafi. .

 

Vital Moreira: "L-Ewropa ma tistax tgħix mingħajr kummerċ"

Artiklu - Kummerċ estern/internazzjonali 21-03-2011 - 17:26
Vital Moreira: "Dawn mhumiex negozjati iżolati iżda parti minn strateġija"  

Il-Kummerċ tajjeb għall-Ewropai. iżda kif jdher l-ambjent kummerċjali dinji wara kriżi ekonomika? Hekk kif il-Membri qed iħejju triqithom lejn Geneva għal sessjoni tal-Konferenza Parlamentari lejn l-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO) bejn il-21 u t-22 ta' Marzu, tkellimna ma' Vital Moreira, Soċjalist Portugiż u kap tal-Kumitat għall-Kummerċ Dinji.

 

Il-President Buzek fit-Tuneżija u l-Eġittu

Artiklu - Relazzjonijiet esterni 18-03-2011 - 12:42
Buzek ma' Béji Caïd Essebsi, il-Prim tal-Gvern interim f'Tunis  

Il-President tal-Parlament Ewropew, Jerzy Buzek, qed iżur it-Tuneżija u l-Eġittu bejn is-17 u 21 ta' Marzu mal-awtoritajiet uffiċjali u l-atturi prinċipali tat-tranżizzjoni demokratika, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u studenti. Hu ser jitħaddet mal-mexxejja tat-Tuneżija, l-Eġittu u l-Liga Għarbija dwar kif ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill għas-Sigurtà qed jimplimenta effettivament in-no-fly zone fuq il-Libja.

 

Hans van Baalen fuq il-Ġappun: "Ħadd ma jaf fejn ser tintemm"

Artiklu - Relazzjonijiet esterni 15-03-2011 - 10:23
Erjil f'Sendai, il-Ġappu wara t-terremot ©US Navy Imagery  

L-inimaġġinabbli għaddej minn quddiem għajnejna. Il-katastrofu li laqat lill-Ġappun qed iħalli effetti madwar id-dinja: diżastru uman ta' skala ta' ksur ta' rekord. It-terremot u t-Tsunami għamlu l-effett tagħhom iżda t-theddida nukleari mhux inqas. Il-Prim Ġappuniż stqarr li dan "l-agħar diżastru wara t-Tieni Gwerra dinjija". Tkellimna mal-Membru Liberali Johannes Van Baalen, kap tad-delegazzjoni għall-Ġappun fuq id-diżastru, l-effetti u x'itsta' tagħmel l-Ewropa biex tgħin.