One in five under 25 can't find a job within the EU. Parliament wants to use unspent 82 billion euros from structural funds to create new job opportunities in...(read more) Facebook
The EU's trade deficit with China tripled in just 10 years. How do we rebalance? As a first step, Members want to establish a monitoring board to find out to...(read more) Facebook
Some Parliament members are suggesting that European politicians should show Euro 2012 in Ukraine the red card in protest over the treatment of opposition...(read more) Facebook
Strong - but not invulnerable. Despite an impressive 4 metres and 600kg, the blue fin tuna is an endangered species. And why? Overfishing and illegal catches....(read more) Facebook
Id-dijabete hi l-akbar kawża ta' attaki tal-qalb u għadd ta' mard serju ieħor, u din taffettwa l-ħajja ta' 32 miljun Ewropew. F'Ewropa fejn dejjem aktar jiżdiedu n-numru ta' anzjani, dan in-numru hu mistenni li jikber. B'qatra demm minn saba' tista' toħroġ djanjożi, madankollu l-biċċa l-kbira tan-nies lanqas jafu li għandhom din il-kundizzjoni. Il-Parlament Ewropew qed jitlob għal strateġija tal-UE kontra d-dijabete biex tittejjeb il-prevenzjoni, id-djanjożi u t-trattament.
Il-leġiżlazzjoni ta' ċertu prodotti tal-ikel kienet fuq il-menù tal-PE. L-MEPs se jkunu qed jivvutaw fuq proposti relatati mal-OĠM, it-tikkettar u l-kwalità tal-ikel. L-idea bażika hija li l-konsumaturi jingħataw aktar informazzjoni u jkollhom l-għażla u l-kwalità. Fl-aħħar mill-aħħar huma jridu jiddeċiedu x’jieklu – iżda dawn id-deċiżjonijiet se jgħinuhom jagħmlu għażla iktar informata.
Id-diżastru nukleari fil-Ġappun wara t-terremot li kiser ir-rekord fetaħ dibattitu sħun fuq l-enerġija nukleari fl-Ewropa. Ċerta pajjiżi diġà qed jagħmlu analiżi fuq il-livell tas-sigurtà għall-pjanti nukleari tagħhom u qed jagħlqu dawk qodma. Għaldaqstant, il-Kummissarju għall-enerġija Günther Oettinger indirizza lill-Membri nhar is-16 ta' Marzu dwar kif is-sigurtà nukleari tista' titjieb. Il-MPE staqsew ukoll dwar il-politika futura tal-enerġija.
Il-foresti Ewropej qed jiffaċċjaw theddida mit-tisħin tal-klima: nirien, nixfa u mard tal-foresti. Ċerta siġar mistennija jiċkienu u oħrajn jisparixxew minn ċerta żoni. Kif nistgħu nipproteġu l-foresti Ewropej u nippreparawhom għat-tisħin tal-klima? Il-MPE Grieg Soċjalista Kriton Arsenis tella' rapport fuq il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar is-suġġett li ser jiġi vvutat fil-Kumitat għall-Ambjent nhar l-Erbgħa 16 ta' Marzu.
Għalkemm dan il-proġett biex jassigura sħħa aħjar għaċ-ċittadini tal-ġejjieni tal-Ewropa akkwista l-appoġġ sħiħ kienu biss 33 miljun ewro mid-90 miljun allokati li ntefqu. Din kienet miżura biex tnaqqs iċ-ċifra ta' 22 miljun tfal madwar l-Ewropa li huma kkunsidrati ħoxnin ħafna.
Iktar minn Ewropew minn tnejn juża l-internet u f'dawn l-aħħar 6 snin ix-xiri fuq internet kiber b'100%. Ħafna drabi l-prodotti online huma orħos. Madankollu ħafna mix-xerrejja jħossuhom komdi aktar jixtru f'djarhom jew pajjiżhom iktar milli minn barra. Għal daqstant l-UE qed ittella' regoli komuni biex tinkoraġġi x-xiri transfrontaliera. Iżda fil-Parlament Ewropew il-gruppi politiċi maqsuma.
L-UE qed tikkunsidra regoli aktar stretti fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel wara l-iskandlu tad-dijossina fil-Ġermanja. Din il-kimika li tikkawża l-kanċer nstabet fil-bajd u t-tjur li ġew esportati lejn pajjiżi oħra tal-UE. Il-Membri ddiskutew il-kwistjoni ma' rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea matul il-plenarja ta' Jannar kif ukoll fi ħdan il-Kumitat tal-Ambjent.
L-iżgurar tal-benefiċċji għall-konsumatur hu xogħol il-Kumitat tas-Suq Intern u tal-Konsumatur ("IMCO") li beda l-2011 bid-Direttiva tal-Ħarsien tal-Konsumatur. Wara din id-direttiva ser ikun hemm it-tisħiħ tal-e-commerce u l-modernizzazzjoni tar-regoli tal-vaganzi, l-iffaċilitar tal-introduzzjoni ta' fibri innovattivi fil-ħwejjeġ u materjali ġodda, u aktar siguri, fil-bini.
Il-Profs Paul Crutzen, wieħed mill-esperti dinjija dwar l-ożonu kien fil-PE fis-7 ta' Diċembru waqt seminar dwar il-futur taż-żejt. Ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Kimika sar magħruf globalment bil-karta xjentifika tiegħu favur "rotta ta' ħruġ" mill-problema tas-CO2 grazzi għall-"geo-inġinerija" biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2. Hu qal li "nistgħu nirrilaxxaw partiċelli ta' kubrit (li jiriflettu d-dawl tax-xemx u s-sħana) fl-atmosfera biex inkessħu l-klima globali".
L-UE qiegħda fi triqtha biex tilħaq l-objettiv tagħha ta’ tnaqqis ta’ 20% fl-emissjonijiet tas-CO2 sal-aħħar tad-deċennju. Is-sena l-oħra kien 17% taħt il-figura ta’ referenza tal-1990 skont ir-rapport annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Madankollu, it-telf tal-ħabitat, is-sajd żejjed u l-effiċjenza tar-riżorsi fejn għandu x’jaqsam l-ikel u l-fjuwil għadhom problematiċi. Ir-rapport definittiv dwar l-istat tal-Ambjent Ewropew kien ippreżentat fil-Parlament Ewropew fit-30 ta’ Novembru.