One in five under 25 can't find a job within the EU. Parliament wants to use unspent 82 billion euros from structural funds to create new job opportunities in...(read more) Facebook
The EU's trade deficit with China tripled in just 10 years. How do we rebalance? As a first step, Members want to establish a monitoring board to find out to...(read more) Facebook
Some Parliament members are suggesting that European politicians should show Euro 2012 in Ukraine the red card in protest over the treatment of opposition...(read more) Facebook
Strong - but not invulnerable. Despite an impressive 4 metres and 600kg, the blue fin tuna is an endangered species. And why? Overfishing and illegal catches....(read more) Facebook
Mindu ġie propost, il-Ftehim kummerċjali dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni (ACTA) wera kemm huwa kontroversjali. Il-Ftehim huwa maħsub sabiex id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu infurzati b'mod aktar effettiv fil-livell internazzjonali. Ħafna pajjiżi żviluppati jemmnu li l-ekonomiji tagħhom se jsofru ħsara minħabba l-falsifikazzjoni u l-ikkuppjar.
Wara li l-ġimgħa l-oħra 22 pajjiż tal-UE kif ukoll ir-rappreżentanti tal-UE ffirmaw l-ACTA, Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni, l-interess pubblikju issa qed jitfa' l-attenzjoni tiegħu fuq ir-rwol tal-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew ma jistax ibiddel it-test tal-ftehim, jispjega Vital Moreira, President tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, jista' biss ikun favur tiegħu jew kontra, ma japprovaħx jew jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tivverifikah.
L-ACTA, li huwa ftehim dwar il-falsifikazzjoni u l-ksur tad-dritt tal-awtur onlajn, s'issa ġie ffirmat minn 30 pajjiż fl-UE u madwar id-dinja, iżda jista' jidħol fis-seħħ biss bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Fix-xhur li ġejjin il-Parlament se jkun jista' jiddeċiedi d-destin tal-ftehim billi jew japprovah jew jiċħdu. Iżda dwar xiex huwa dan kollu? X'għanijiet irid jikseb l-ACTA?
Id-diżastru nukleari fil-Ġappun żvela l-problemi relatati mal-enerġija nukleari u allura mas-sigurtà nukleari. Aspett ieħer li ilu taħt diskussjoni għal snin sħaħ jitratta l-iskart radjoattiv. Il-Kumitat għall-Industrija iddiskuta rapport ta' Jordan Cizelj (PPE, SV) fuq il-proposta għal direttva fuq is-suġġett. Il-prinċipju huwa ta' min "iħammeġ iħallas," tiddikjara.
Moħħ tajjeb, saqajn tajba!, jgħid il-Malti. Iżda meta l-moħħ imur, allura l-Ewropa tmur miegħu. Din il-ġimgħa iddedikata għall-moħħ fl-Unjoni Ewropea. Bħala parti mill-avvenimenti it-tim tal-Parlament għall-għażliet fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija (STOA) stieden lill-professur tan-newroxjenza Colin Blakemore, mill-Università ta' Oxford jispjega "id-dilemma etiċi li jidħlu fir-riċerka fuq il-moħħ."
Il-11 ta' Frar jimmarka l-Jum Ewropea għan-numru 112. Dan hu n-numru li għandek iċċempel f'każ ta' emerġenza fl-UE kemm għall-ambulanzi, tifi tan-nar u l-pulizija. Is-servizzi ta' emerġenza 112 huma standard u b'xejn madwar l-Ewropa kollha minn telefons fissi jew mowbajls u jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa.
Il-Membri kellhom iċ-ċans illum jagħmlu mistoqsijiet lill-President tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-istati Ewropej tas-27 pajjiż, Herman Van Rompuy, dwar il-laqgħa li kellu mal-kapijiet ta' stat u gvern li saret il-Ġimgħa 4 ta' Frar. It-temi ttrattaw is-sitwazzjoni fl-Eġittu, l-enerġija u l-innovazzjoni u x-xejra ekonomika tal-Unjoni.
Futur bla żejt possibbli? Din kienet il-mistoqsija li ddiskutew MPE ewlieni, negozjanti u rebbieħa tal-Premju Nobel nhar it-Tlieta 7 ta' Diċembru għad-dibattitu dwar ix-xjenza STOA. Il-PE ikkunsidraw mezzi li bihom l-Ewropa tista' ma tibqax tuża ż-żejt u jekk huwiex tabilħaqq possibbli li jkun hemm futur mingħajrha. Il-karozzi tal-elettriku, l-inġinerija fil-klima, partiċelli tal-kubrit u l-metanol kienu kollha msemmija bħala mezzi biex tiġi indirizzata l-bidla fil-klima.
Ħafna jaraw fis-Suq Uniku s-suċċess ewlieni tal-proġett Ewropew iżda dan ifisser li l-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom huma wkoll fost l-akbar. Sabiex il-wegħda ta' suq uniku veru, tat-tisħiħ tal-kompetittività u tal-protezzjoni soċjali ssir realtà, tinħtieġ aktar ħidma. Fid-9 ta' Novembru l-Parlament iddiskuta mal-partijiet interessati t-triq li rridu ngħaddu minnha għall-ġejjieni, waqt seduta ta' smigħ tal-Kumitat tas-Suq Intern.
Fit-12 ta' Ottubru 2010 sar workshop dwar "id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku" organizzat mill-iSTOA (Science and Technology options Assessment) fil-qafas tat-tieni Summit Ewropew għall-Innovazzjoni. Fost it-temi li ġew diskussi kien hemm il-ħtieġa li l-liġijiet jkunu armonizzati, il-possibbiltà ta' database Ewropea komuni biex jistabbilixxu l-awturi ta' xogħlijiet kreattivi u l-problema ta' imposti (taxxa fuq xiri ta' materjal rrekordjat u / jew tagħmir li jippermetti l-kitba tad-dejta).