One in five under 25 can't find a job within the EU. Parliament wants to use unspent 82 billion euros from structural funds to create new job opportunities in...(read more) Facebook
The EU's trade deficit with China tripled in just 10 years. How do we rebalance? As a first step, Members want to establish a monitoring board to find out to...(read more) Facebook
Some Parliament members are suggesting that European politicians should show Euro 2012 in Ukraine the red card in protest over the treatment of opposition...(read more) Facebook
Strong - but not invulnerable. Despite an impressive 4 metres and 600kg, the blue fin tuna is an endangered species. And why? Overfishing and illegal catches....(read more) Facebook
L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej mistennija ssir realtà mill-1 ta' April 2012. Fi kliem il-President tal-Parlament Martin Schulz, din hija xi ħaġa sabiħa iżda wkoll att serju ħafna ta' demokrazija parteċipattiva diretta b'riżultat ta' żvilupp fuq deċennju għall-ftuħ ta' orizzonti kompletament ġodda għall-Unjoni.
L-appoġġ tal-UE għall-proċess ta' paċi jrid jiġi msejjes kompletament fuq il-kundizzjoni li n-nisa jipparteċipaw fin-negozjati. Din hi waħda mill-konklużjonijiet ta' rapport dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fil-gwerra mid-deputat liberali Rumen Norica Nicolai. Dan ir-rapport jipproponi għadd ta' miżuri biex igħin fir-rinforzament tal-pożizzjoni tan-nisa f'pajjiżi li qed isofru mill-effett ta' gwerer u sabiex titnaqqas il-vjolenza sesswali kontra dawn in-nisa. .
Il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2011 tal-Parlament Ewropew ingħata lil grupp ta' ħames attivisti mid-Dinja Għarbija li jirrappreżentaw ir-Rebbiegħa Għarbija. B'hekk il-Parlament qiegħed jgħaraf u jappoġġja l-ħidma tagħhom favur il-libertà u d-drittijiet tal-bniedem. Il-Premju se jingħata lir-rebbieħa mill-President Jerzy Buzek matul seduta formali fl-14 ta' Diċembru, fi Strasburgu.
Min ser jirbaħ il-Premju Sakharov għas-sena 2011? Il-Parlament Ewropew għażel tliet finalisti li jissieltu għad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. F'dan il-fokus nagħtu ħarsa lejn in-nominati u nipprovdu informazzjoni ta' sfond dwar il-Premju.
Fost il-ħames nominati ta’ din is-sena għal wieħed mill-aktar premjijiet prestiġjużi fid-dinja għad-drittijiet tal-bniedem insibu l-moviment tar-Rebbiegħa Għarbija, rappreżentat minn attivisti mit-Tuneżija, l-Eġittu, il-Libja u s-Sirja.
Michelle Bachelet, eks-President taċ-Ċili, issa d-Direttur Eżekuttiv tan-Nisa tan-Nazzjonijiet Uniti, żaret il-Parlament Ewropew il-ġimgħa l-oħra. Nhar il-Ħamis, hi informat il-MPE fil-Kumitat għan-Nisa dwar ir-rwol u l-objettivi fl-aġenzija. Nhar il-ġimgħa hi ltaqgħet mal-President tal-PE Jerzy Buzek.
Il-Parlament Ewropew se jiċċelebra l-Jum Internazzjonali tan-Nisa 2011 f'sensiela ta' avvenimenti li ser isiru bejn it-3 u 8 ta' Marzu, fi Brussell u fi Strasburgu. Filwaqt li jiċċelebraw il-kisbiet ekonomiċi, politiċi u soċjali tan-nisa s'issa, l-avvenimenti huma wkoll maħsuba li jsejħu għall-inugwaljanzi li għad iridu jiġu indirizzati, fosthom l-faqar femminili, lakuni fil-paga, aċċess għall-impjiegi u protezzjoni tal-maternità.
In-nisa jaqilgħu inqas, huma aktar suxxettibbli li jaħdmu part-time u li ma jkollhomx kuntratti fissi. 17% minnhom igħixu fil-faqar, u bil-kriżi ekonomika attwali l-affarijiet dejjem sejrin għall-agħar. Azzjoni fuq livell Ewropew hi meħtieġa. Hekk qalu l-MPE f'rapport li kien ivvotat il-bieraħ, 27 ta' Jannar, fi ħdan il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u Ugwaljanza tas-Sessi. Huwa ppjanat li dan id-dokument jiġi vvutat fil-plenarja ta' Marzu.
Fadal ħafna xi jsir biex dwar l-użu allegat ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri. Din hi l-fehma tal-MPE li ddiskutew din il-kwistjoni nhar it-Tlieta,25 ta' Jannar 25; fadal ħafna xi jsir biex tinkixef il-verità dwar it-tortura u d-detenzjoni sigrieta.
Għat-22 darba il-Parlament Ewropew ser jagħti l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb f'Diċembru. Din l-istituzzjoni ilha tonora individwi jew organizzazzjoniiet, mill-1988, għall-isforzi tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem u kontra reġim oppressivi u l-inġustizzja. Bħal fiżiċist u rebbieħ tal-premju Nobel għall-Paċi Andrei Sakharov, huma urew devozzjoni eċċezzjonali u kuraġġ u rriskjaw ħajjithom jiġġieldu kontra l-oppressjoni u l-intolleranza.