Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter) (agħfas "Enter")
NOT FOUND ! (agħfas "Enter")

L-UE u l-istituzzjonijiet tagħha

 
Seduta plenarja

Is-sessjoni plenarja fil-qosor (Strasburgu, 21-24.05.12)

Analiżi - Istituzzjonijiet 21-05-2012 - 11:12  
 

L-MEPs iddiskutew dwar l-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi mal-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso nhar it-Tlieta, fit-tlieta ta' wara nofsinhar. Dan id-dibattitu sar qabel is-samit informali tal-mexxejja tal-UE nhar L-Erbgħa. Barra minn hekk, l-SMEs, li huma importanti ħafna għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, kienu s-suġġett ewlieni ta' dibattitu ieħor mal-Kunsill u l-Kummissjoni.

 
Seduta plenarja

Is-sessjoni plenarja fil-qosor (Brussell, 09-10.05.12)

Analiżi - Istituzzjonijiet 08-05-2012 - 11:44  
Ir-rebbiegħa fi Brussell, bil-bini tal-PE fl-isfond  

Fost l-affarijiet li ser jiġu diskussi f'din is-sessjoni plenarja - l-ewwel waħda f'Mejju - hemm il-mobile roaming, inklużi s-servizzi tad-dejta, kif ukoll għajnuna għall-ajruporti reġjonali.

 
Seduta plenarja

Is-sessjoni plenarja fil-qosor

Analiżi - Istituzzjonijiet 18-04-2012 - 10:36  
.  

.

 
Seduta plenarja

Is-sessjoni plenarja (Brussell, 28-29.03.11)

Analiżi - Istituzzjonijiet 28-03-2012 - 10:16  
Inċentivi finanzjarji għall-pajjiżi tal-UE biex jieħdu aktar refuġjati  ©BELGA/AFP/A.Altan  

F'din is-sessjoni plenarja qasira, li ser issir Brussell, ser jiġu diskussi bosta temi importanti. Bħal dejjem, l-ekonomija u l-finanzi ser jiġu diskussi b'prijorità, b'taħdit dwar il-leġislazzjoni fuq it-transazzjonijiet ta' derivativi u t-transazzjonijiet li jsiru fil-Boroż Ewropej.

 

Inċident traġiku fl-Isvizzera: Il-Parlament josserva minuta silenzju

Artiklu - Istituzzjonijiet / Trasport 14-03-2012 - 17:21
Minuta silenzju fil-Parlament  

Ilbieraħ, f'inċident tat-traffiku traġiku, inqatlu 28 ruħ fl-Isvizzera, li minnhom 22 kienu tfal. Il-Parlament Ewropew osserva minuta silenzju għall-vittmi. "Il-ħsibijiet tagħna huma mal-familji tal-vittmi u dawk involuti f'din it-traġedja," qal il-President tal-Parlament Martin Schulz.

 

Dak kollu li dejjem ridt tkun taf dwar l-interpreti fil-PE

Artiklu - Istituzzjonijiet 12-03-2012 - 13:24
 

Ilbieraħ kien imiss lit-tradutturi, illum inħarsu lejn il-ħajja ta’ kuljum tal-interpreti u r-rwol tagħhom fit-trasformazzjoni ta’ dibattiti, li jinkludu sa 23 lingwa, f’unità koerenti u komprensibbli. Bħala rappreżentanti taċ-ċittadini tal-UE eletti direttament huwa importanti li l-Membri tal-PE jkunu jistgħu jsegwu l-laqgħat fil-lingwa tagħhom stess u għalhekk ir-rwol tal-interpreti huwa wieħed ta’ importanza vitali.

 

Meta t-traduzzjoni tfisser ħafna

Artiklu - Istituzzjonijiet 12-03-2012 - 13:16
 

Jekk dak li jitkellmu fir-Repubblika Ellenika qisu Grieg għalik, aħseb ftit fl-eroj mhux rikonoxxuti tal-Parlament Ewropew. Filwaqt li ħafna nies ibatu biex sempliċiment jordnaw birra waqt btala barra minn pajjiżhom, it-tradutturi tal-Parlament jużaw normalment bejn tliet u tmien lingwi kuljum. Huma jiżguraw li dak li hu diġà diffiċli biex jinftiehem ma jsirx impossibbli u li xejn ma jintilef fit-traduzzjoni.

 
Seduta plenarja

Is-sessjoni plenarja (Strasburgu, 12-15.03.11)

Analiżi - Istituzzjonijiet 12-03-2012 - 10:19  
Is-sessjoni plenarja ta' Marzu  

Waqt din is-sessjoni, l-MEPs ser jivvotaw fuq proposta biex il-wirt transkonfinali isir eħfef, kif ukoll ser jivvotaw fuq linji gwida u proposti biex jitnaqqsu d-differenzi fil-pagi bejn is-sessi. Temi oħra jinkludu l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li sar fl-1 u fit-2 ta' Marzu. Ser jiġu diskussi wkoll il-progress tal-Iżlanda, il-Bosnia u Ħerzegovina, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u Ftehim Internazzjonali dwar il-Kokotina ġdid.

 

Din il-ġimgħa fil-PE

Artiklu - Istituzzjonijiet 05-03-2012 - 11:45
Din il-ġimgħa fil-PE  

Din il-ġimgħa ser tkun l-aktar iddedikata għax-xogħol tal-gruppi politiċi qabel il-plenarja ta' Marzu fi Strasburgu, għalkemm xi kumitati ser jiltaqgħu wkoll. Nhar il-Ħamis it-8 ta' Marzu ser ikun jum importanti għan-nisa, billi dan hu l-Jum Internazzjonali tan-Nisa. Il-PE ser jiċċelebra dan il-jum b'serje ta' avvenimenti li ser isiru matul il-ġimgħa.

 

Il-kuluri tal-kalendarju: xi jfissru?

Artiklu - Istituzzjonijiet 20-02-2012 - 17:12
Il-kalendarju tal-PE  

Daqqa roża, daqqa aħmar, daqqa blu. Il-kalendarju tal-Parlament kollu kuluri. Il-ġimgħat Parlamentarji huma organizzati skont il-kulur, u kull kulur jixhed l-attività partikolari jew metodu ta' xogħol għal dik il-ġimgħa. Per eżempju din il-ġimgħa hi waħda ħadra ċara li turi li l-MEPs ser ikunu qed jaħdmu fil-kostitwenzi tagħhom. Nagħtu ħarsa lejn xi jfissru l-kuluri fil-kalendarju.