Dinja 

Prodotti għal din il-kategorija 

Ftehimiet kummerċjali tal-UE        

L-UE tinnegozja ftehimiet kummerċjali varji madwar id-dinja kollha, iżda dawn jiddependu mill-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Aqra l-ħarsa ġenerali tagħna tan-negozjati li għaddejjin.

Eurobarometre: migration ©AP Images/ European Union-EP        

L-UE rat influss mingħajr preċedent ta' migranti tul dawn l-aħħar ftit snin. 74% tal-Ewropej iridu li l-UE tistinka aktar biex tiġġestixxi s-sitwazzjoni, skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru kkummissjonat mill-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, żewġ terzi ta' dawk li wieġbu qalu li l-azzjoni tal-UE dwar il-migrazzjoni kienet insuffiċjenti. Kompli aqra biex tiskopri liema miżuri qed jaħdem fuqhom il-Parlament Ewropew.

Interview with Pat Cox        

"Il-ħtiġijiet tal-Ukrajna ma naqsux, iżda minħabba l-urġenza u l-piż ta' avvenimenti oħra tilfu l-attenzjoni tal-pubbliku." Dan kliem l-ex-President tal-PE, Pat Cox, f'intervista li ta qabel il-Ġimgħa tal-Ukrajna, li hi konferenza dwar prattiki parlamentari tajbin u leġiżlazzjoni tajba li saret fil-Parlament Ewropew bejn id-29 ta' Frar u t-2 ta' Marzu. Attendiet delegazzjoni ta' 40 parlamentarju Ukren. Il-ġimgħa bdiet bil-preżentazzjoni ta' rapport dwar il-bini ta' kapaċità mis-Sur Cox.

Brando Benifei qiegħed jikteb rapport dwar kif ir-rifuġjati jistgħu jiġu integrati fis-suq tax-xogħol        

L-Ewropa qed tiffaċċja l-akbar influss ta' migranti mit-Tieni Gwerra 'l hawn, u waħda mill-akbar sfidi hija kif se nintegrawhom fis-swieq tax-xogħol. Impjieg mhux biss jgħin lill-migranti jmantnu lilhom infushom, iżda jgħinhom ukoll jintegraw aktar faċilment. Nhar il-Ħamis 18 ta' Frar, il-kumitat parlamentari responsabbli mill-impjiegi ddiskuta l-opportunitajiet u l-isfidi mal-esperti. Kompli aqra biex tiskopri x'kellhom xi jgħidu huma u l-Membri.

Frank-Walter Steinmeier, German foreign minister, during the exchange of views on current political challenges with the European Parliament Foreign affairs committee        

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż Frank-Walter Steinmeier iddiskuta r-riperkussjonijiet tal-attakki terroristiċi f'Pariġi mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fis-16 ta' Novembru. Hu kompla jgħid li "l-azzjoni militari waħedha mhijiex ser tkun biżżejjed biex tingħeleb il-problema." Il-President tal-Kumitat Elmar Brokk (il-Ġermanja, EPP) widdeb kontra t-taħlit tal-migrazzjoni u t-terroriżmu: "Ir-rifuġjati huma l-vittmi tat-terrur, mhux parti mit-terrur."

European Map on migrants        

Nhar it-22 ta' Settembru, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili ddiskuta l-proposti ġodda mill-Kummissjoni kontra l-kriżi tar-rifuġjati. Il-miżuri proposti jinkludu mekkaniżmu ta' rilokazzjoni permanenti, lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini siguri u politika ta' ritorn effettiva. Qabel id-dibattitu tlabna lill-gruppi politiċi tal-PE għall-fehma tagħhom dwar il-kriżi. Segwi d-dibattitu dirett fuq is-sit tagħna nhar it-Tlieta mid-9:00 CET u kkonsulta r-rotot migratorji ewlenin fl-infografika.

Segwi live: L-MEPs jiddibattu l-korruzzjoni fil-FIFA u l-Logħob f'Baku.        

L-allegazzjonijiet li saru dan l-aħħar dwar korruzzjoni fil-FIFA, l-organizzazzjoni li tmexxi l-futbol fid-dinja, se jkunu diskussi mill-MEPs waqt il-Plenarja nhar l-Erbgħa filgħaxija. Wara dan ikun hemm dibattitu dwar il-Logħob Ewropej f'Baku, fid-dawl tal-profil tal-Ażerbajġan fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem. Tista' ssegwi ż-żewġ dibatitti live fuq is-sit tal-Parlament.

Syrian refugees live day by day in Refugee Camp north of Erbil Iraq        

Huma ftit dawk il-mumenti fejn tingħata attenzjoni xierqa lill-voluntiera. Dan minkejja li bix-xogħol bla waqfien tagħhom, li xi drabi jista’ jkun anke ta’ periklu għal ħajjithom, huma jgħinu lill-miljuni ta’ vittmi ta’ diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem. Id-19 ta’ Awwissu huwa l-Jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja, jum iddedikat għal dawk il-persuni li jiddedikaw ħajjithom sabiex jagħmlu differenza f’ħajjet ħaddieħor.