Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

L-Akkreditazzjoni

03-03-2007 - 12:00
 

Il-ġurnalisti, il-fotografi u l-krus awdjoviżivi jeħtiġilhom japplikaw għal akkreditazzjoni tal-istampa u/jew akkreditazzjoni awdjoviżiva speċjali biex ikunu jistgħu jidħlu u jaħdmu fil-binjiet tal-Parlament. Għandkom tħejju ż-żjara tagħkom fil-Parlament bil-quddiem, billi tikkuntattjaw lis-servizz rilevanti.


Akkreditazzjoni għall-midja stampata


L-istituzzjonijiet Ewropej joperaw skema konġunta ta' akkreditazzjoni għall-korrispondenti permanenti bbażati fi Brussell li jissodisfaw il-kriterji stipulati mis-servizzi tal-istampa tal-istituzzjonijiet. Din l-iskema tgħodd għat-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament (Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu).L-applikazzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lis-servizz tal-istampa tal-Kummissjoni Ewropea - ara l-link hawn isfel għal aktar dettalji.


Jekk ma tikkwalifikax għall-akkreditazzjoni skont din l-iskema, imma tirrapporta regolarment dwar il-Parlament Ewropew u inti bbażat(a) fi Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu, jew qrib dawn il-bliet, is-Servizz tal-Istampa tal-PE jista' jagħtik akkreditazzjoni annwali għall-Parlament Ewropew waħdu, li hija valida f'kull wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol. Ir-regoli għal din l-iskema ssibhom permezz tal-link hawn isfel.

  

Il-ġurnalisti li mhumiex ibbażati fi Brussell, Strasburgu jew il-Lussemburgu jistgħu jiksbu permess tal-istampa għal laqgħa/sessjoni parzjali speċifika, billi jippreżentaw il-karta tal-istampa nazzjonali flimkien mal-karta tal-identità nazzjonali jew il-passaport tagħhom fid-daħla għall-istampa (fi Brussell: il-binja PHS - id-daħla ta' rue Vautier; fi Strasburgu waqt is-sessjonijiet plenarji: il-binja LOW - l-ewwel daħla fuq ix-xellug mill-passaġġ li jagħti għal ġol bitħa ċentrali).


Id-detenturi ta' karta ta' akkreditazzjoni għandhom aċċess faċli għall-binijiet tal-Parlament u jistgħu jużaw il-faċilitajiet provduti għall-ġurnalisti, bħalma huma l-kompjuters fis-sala tal-istampa.




Akkreditazzjonijiet - Midja stampata


 Brussell

Edel CONNOR

+ 32 2 28 41528


presse-conf@europarl.europa.eu



Akkreditazzjoni 'awdjoviżiva' speċjali


Biex ikunu jistgħu jduru fil-binijiet tal-PE bit-tagħmir awdjoviżiv, u biex ikunu awtorizzati jiffilmjaw u jieħdu r-ritratti, il-krus televiżivi u l-fotografi jeħtiġilhom japplikaw għal akkreditazzjoni addizzjonali mill-Unità Awdjoviżiva.


Jekk jogħġbok segwi l-link hawn taħt għar-regoli kollha rigward l-iffilmjar u l-fotografija fil-Parlament.


Akkreditazzjoni - Stampa awdjoviżiva


 Brussell

Strasburgu

Ms Kirsten VAN KAMPEN

 +32 2 284 48 17

+33 3 88 17 45 61

Fax :

 +32 2 284 07 89

+33 3 88 17 69 46


AVaccreditations@europarl.europa.eu 



Ref. : 20050818FTX00272
Aġġornata: ( 14-11-2013 - 16:07)
 
 
   
Aqsam