Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Ħarsa lejn il-baġit tal-UE għas-sena 2010

Min huma l-kontributuri netti tal-UE?

 

Għall-2010, il-Ġermanja hija mistennija li tikkontribwixxu l-aktar għall-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-UE b'madwar 19.6%, segwita minn Franza (18%), l-Italja (13.9%), ir-Renju Unit (10.4%) u Spanja (9.6%).


Huwa eżerċizzju diffiċli u anke saħansitra kemmxejn kontroversjali biex wieħed jikkalkola u jikkompara "l-kontribuzzjonijiet" ma' fondi li dieħlin fl-ekonomija tal-pajjiż u biex imbagħad wieħed jirrapreżenta dan bħal "bilanċ nett" . Dan għaliex :


  • parti kbar tal-baġit ma jmurrx lura lejn l-Istati Membri, iżda jmur biex jgħin pajiiżi li qed jiżviluppaw. Dawn il-flejjes imorru biex iżommu l-istituzzjonijiet għaddejjin (6% in 2006).

  • Ħafna proġetti huma fil-fatt internazzjonali u għalhekk li wieħed jattribwixxi il-fondi lejn pajjiż fejn ikun ibbażat il-kap tal-proġett mhix il-verità sħiħa.


  • Fondi Ewropew jistgħu jikkofinanzjaw infrastrutturi f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.


  • L-Unjoni Ewropea hija fin-natura tagħha kommunità li tħaddan il-prinċipju tas-solidarjetà bejn il-membri li "tippromwovi l-progress ekonomiku u soċjali". (Trattat)


  • Fl-aħħar id-dazji doganali huma ntaxxati fil-pajjiżi fejn l-oġġett jidħol  u għalhekk jiġu attribwiti għal dak il-pajjiż. Fir realtà, iżda huwa l-konsumatur ta' l-aħħar li jħallas u li jinsab ġeneralment f'pajjiż ieħor ta' l-UE.