Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

X'se jiġri fil-PE fl-2012?

Oħrajn Analiżi - Istituzzjonijiet24-01-2012 - 17:19
 

Bit-tkomplija tal-kriżi ekonomika, kwantità kbira ta' kwistjonijiet dwar l-enerġija u t-trasport fuq l-aġenda u n-negozjati għar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni, jidher li se jkunu 12-il xahar mimlijin xogħol għall-MEPs.


Il-Parlament se jkun involut f'taħditiet biex titwaqqaf unjoni ekonomika rinfurzata biex tiġi ttrattata l-kriżi finanzjarja u se jqis ukoll ir-regoli dwar aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, eurobonds u taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji.


Fuq l-aġenda hemm soluzzjonijiet imtejba tat-trasport kombinat, toroq aktar sikuri u trasport tal-ajru aktar effiċjenti kif ukoll regoli ġodda dwar id-data fuq il-passiġġieri tal-ajru u roaming irħas.


L-effiċjenza fl-enerġija u s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija se jkunu l-aktar punti importanti fl-aġenda tal-Kumitat għall-Enerġija, filwaqt li matul il-plenarja, fl-ewwel parti tas-sena, se jiġu ttrattati r-regoli biex is-suċċessjonijiet transkonfinali u l-kwistjonijiet ta' proprjetà transkonfinali jsiru inqas kumplikati.


Kompli aqra biex tkun taf aktar dwar ftit mill-kwistjonijiet ewlenin quddiem il-PE matul din is-sena.

Ref. : 20120106FCS34939