Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Il-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ 2012 - data tal-għeluq ġdida

Perspettivi - Zgħażagħ − Malta − 24-01-2012 - 10:29
 

Id-data tal-għeluq biex jiġu sottomessi proġetti għall-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ 2012 ġiet posposta għat-13 ta' Frar 2012. B'hekk qiegħed jingħata ċans biex iktar kandidati jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-ħames edizzjoni ta' dan il-premju.


Mudelli għaż-żgħażagħ Ewropej


Il-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ, li huwa ko-organizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Fondazzjoni Premju Charlemagne ta' Aachen, jingħata għal proġetti magħmula minn żgħażagħ bejn is-16 u t-30 sena biex jippromwovul-kollaborazzjoni bejn nies minn pajjiżi differenti tal-Ewropa. Il-proġett rebbieħ għandu jservi bħala mudell għaż-żgħażagħ li jgħixu fl-Ewropa u joffru eżempji prattiċi ta' kif l-Ewropej jistgħu jgħixu flimkien bħala komunita'.


Programmi ta' skambju, u proġetti artistiċi u bl-Internet li jkollhom dimensjoni Ewropea, huma fost il-proġetti li jintagħżlu.


10,000 Ewro fi Premji


It-tlett proġetti rebbieħa se jingħataw fondi ta' €5,000, €3,000, u €2,000 respettivament. Huma se jkunu mistienda jżuru l-Parlament Ewropew. Ir-rappreżenanti tal-aħjar proġetti mis-27 Stat Membru se jiġu mistiedna biex jattendu ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni li se ssir fil-15 ta' Mejju 2012, f'Aachen fil-Ġermanja.


Rebbieħa 2011


Fl-2011, lifestyle magazine mir-Renju Unit, "Europe & Me", maħluq mill-Europeans for young Europeans fl-2007, ħa l-ewwel premju fil-kompetizzjoni tal-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ. It-tieni premju mar għand "Balkans Beyond Borders", proġett ta' film qasir mill-Greċja, u t-tielet premju mar għal "Escena Erasmus Project" (Spanja), proġett indirizzat lejn l-istudenti tal-Erasmus li jinkoraġġixxi skambju lingwistiku u kulturali.

L-applikazzjonijiet jinsabu fuq il-website tal-Premju Ewropew Karlumanju għaż-Żgħażagħ fi 22 lingwa.

Ref. : 20120118IPR35629
 
 
Contact
 
 
  • Ayla Sultan ÇIÇEK
  • Telephone number(+32) 2 28 41009 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74005 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 13 37