Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Is-sessjoni plenarja fil-qosor (Strasburgu, 17-20.04.12)

Seduta plenarja Analiżi - Istituzzjonijiet18-04-2012 - 10:36
 

.


MEPs jieħdu deċiżjoni fuq il-ftehima dwar id-dejta tal-passiġġieri tal-ajru

L-MEPs huma mistennija jivvotaw dwar ftehima ġdida mal-Istati Uniti dwar it-trasferiment ta' dejta personali ta' passiġġieri mill-UE. Il-ftehima tistabilixxi kundizzjonijiet legali għal dawn it-trasferimenti u tkopri kwistjonijiet bħal ħarsien tad-dejta u r-raġunijiet għall-użu tagħha. Din il-ftehima għandha tissostitwixxi ftehima proviżjorja oħra, li ilha tapplika mill-2007. Numru ta' MEPs huma mħassba dwar din il-ftehima minħabba l-istandards tal-ħarsien tad-dejta tal-passiġġieri.


Drittijiet tal-bniedem: bżonn ta' sorveljanza taċ-ċensura tal-internet

Il-Parlament huwa mistenni jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposti għal regoli ħalli tiżdied is-sorveljanza ta' atti ta' ċensura fuq l-internet minn reġimi awtokratiċi. L-abbozz ta' rapport li għandu jiġi vvutat nhar l-Erbgħa dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2010 jinnota li r-Rebbiegħa Għarbija wriet il-potenzjal tal-internet u tan-netwerks soċjali bħala strument ta' eżerċizzju tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni.

Ref. : 20120410FCS42635
Aġġornata: ( 24-04-2012 - 11:14)