Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Premju għaċ-Ċittadin Ewropew 2012

Perspettivi - Istituzzjonijiet − Malta − 25-06-2012 - 09:59
 

Monsinjur Victor Grech, Direttur tal-Caritas Malta, ntagħżel minn ġurija Ewropea bħala r-rebbieħ minn Malta tal-Premju għaċ-Ċittadin Ewropew 2012.


Monsinjur Grech huwa fost 37 ċittadin minn madwar l-Unjoni Ewropea li l-Parlament Ewropew qed jonora talli ddistingwew ruħhom fit-tisħiħ tal-integrazzjoni u l-koperazzjoni fi ħdan is-soċjeta li jghixu fiha kif ukoll fl-Ewropa.


L-għażla tar-rebbieħa 2012


Fil-bidu, kienu l-kapijiet tad-delegazzjonijiet Maltin tal-S&D u tal-PPE, l-MEP Louis Grech u l-MEP Simon BUSUTTIL rispettivament, li qablu li jinnominaw lill-Monsinjur Victor Grech għal dan il-premju prestiġjuż.


Il-bqija tal-membri miż-żewġ delegazzjonijiet, jiġifieri l-MEP John ATTARD MONTALTO, l-MEP David CASA, l-MEP Joseph CUSCHIERI u l-MEP Edward SCICLUNA, ingħaqdu wkoll biex kollha jiffurmaw parti mill-ġurija nazzjonali li ssottometiet din in-nomina għall-konsiderazzjoni tal-ġurija Ewropea magħmula mill-President u l-Viċi-Presidenti tal-Parlament Ewropew. Din tal-aħħar ħabbret il-lista sħiħa tar-rebbieħa fid-19 ta' Ġunju 2012.


Min hu Monsinjur Victor Grech?


Monsinjur Victor Grech ilu sa mill-1977 fil-kariga ta' Direttur tal-Caritas Malta, organizzazzjoni li għandha l-mira li ttaffi l-faqar, tippromwovi l-iżvilupp tal-bniedem u l-ġustizzja soċjali, u li tiżgura li d-dinjità u d-drittijiet fundamentali ta' kull persuna jiġu rrispettati u ssalvagwardjati. Permezz tal-ħidma tiegħu, Monsinjur Grech biddel il-mod li bih is-soċjetà Maltija tittratta kwistjonijiet sensittivi bħal ma huma d-droga, l-alkoliżmu, il-faqar u l-inġustuzzja soċjali. Il-kontribut tiegħu rawwem it-tifsira proprja tal-ispirtu Ewropew ta' solidarjetà u volontarjat kemm fil-livell lokali kif ukoll dak pan-Ewropew, u għen sabiex jissaħħu l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni Ewropea.


Monsinjur Grech jibqa' magħruf bħala l-fundatur tal-Proġetti għall-Prevenzjoni u r-Rijabilitazzjoni mid-Droga fl-1984, kif ukoll bħala l-fundatur tal-ewwel Komunità terapewtika għall-persuni li Jabbużaw mid-droga f'Malta fl-1985.  Kien ukoll fundatur u President tal-Fondazzjoni Caritas għar-rijabilitazzjoni ta' persuni li jabbużaw mid-droga kif ukoll Direttur taċ-ċentri tagħha


Monsinjur Grech ħadem ukoll bħala fundatur tal-Fondazzjoni għall-Vittmi tal-Użura, kien membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Caritas Internationalis għal żewġ mandati, kif ukoll membru tal-Kumitat Permanenti tal-Caritas Europa li tikkoordina u tiżviluppa azzjoni soċjali u għajnuna barranija.


L-isforzi ta' Monsinjur Grech kienu strumentali fil-promozzjoni u l-iżvilupp tax-xogħol soċjali volontarju fil-Caritas Europa.


Huwa ppromwova wkoll il-kunċett ta' tixjiħ attiv u indipendenti permezz li stabbilixxa servizzi għal persuni anzjani inklużi klabbs soċjali, żarat minn volontiera lil persuni anzjani, kif ukoll attivitajiet interġenerazzjonali biex irawwem sensibilizzazzjoni fost it-tfal dwar il-ħtiġijiet tal-persuni anzjani.  


Permezz ta' dawn l-inizjattivi u proġetti Monsinjur Grech ikkontribwixxa wkoll fil-promozzjoni effettiva tas-Sena Ewropea għat-Tixjiħ Attiv u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet 2012.


Ċerimonja ta' Premjazzjoni


Is-37 rebbieħ tal-Premju għaċ-Ċittadin Ewropew 2012 se jiġu onorati permezz ta' ċerimonji uffiċjali li se jsiru fil-bliet kapitali ewlenin ta' kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tul is-sajf. Monsinjur Grech se jkun ippremjat waqt ċerimonja uffiċjali li ssir f'Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta.   


Ir-rebbieħa tal-Premju għaċ-Ċittadin Ewropew 2012


Dr. Christoph LEITL, Präsident der Wirtschaftskammer Österreich (Awstrija)

Franz Tomazic (Projektleitung für die Personengruppe Colours of Carinthia), Karlheinz Fessl, Christian Brandstätter, Erich Kugi, Lojze Wieser (Awstrija)

Eurofeesten Geel 2012 (Belġju)

Paul Brusson (Belġju)

Sophie Rosseels (Belġju)

Peter Petrov (Bulgarija)

Petros Souppouris and Huseyin Ankansoy (Ċipru)

Vanhustyön keskusliitto - Centralförbundet för de gamlas väl ry (Fillandja)

Jeunes Européens-France (JE-F) (Franza)

Gisela Paterkiewicz (Ġermanja)

Stolpersteine (Ġermanja)

Deutsch-Französische Gesellschaft e.V. Montabaur, c/o Jörg Harlé (Ġermanja)

Arbeitskreis Schule Rhauderfehn e. V. (Ġermanja)

DEFRIT (Ġermanja)

Musical Atelier Labyrinthos (Greċja)

Greek Society Environment and Culture (Greċja)

Róka Gyula (Ungerija)

Szekely Janos, katolikus segedpuspok (Ungerija)

Albergo Etico (Italja)

UNITALSI (Italja)

Giovanni Riefolo (Italja)

Biagio Conte (Italja)

PassodopoPasso (Italja)

Latvijas Lauku sieviešu apvienība, padomes priekšsēdētāja, Rasma Freimane (Latvja)

Europäische Vereinigung für Eifel und Ardennen (Lussemburgu)

Mgr. Victor Grech (Malta)

Stichting Werkgroep Polen (Olanda)

Jacek Łuczak (Polonja)

Stowarzyszenie WIOSNA, organizator ogólnopolskiej akcji „Szlachetna paczka” (Polonja)

Polska Federacja Ruchów Obrony Życia (Polonja)

Stowarzyszenie św. Celestyna (Polonja)

CIJE'12 - Congresso Ibérico de Jovens Engenheiros (Portugal)

Vencer o Tempo, Associação para a Educação e Prevenção da Saúde (Portugal)

Kató Béla, református lelkész, püspökhelyettes (Rumanija)

Symon Kliman (Slovakkja)

Ekipa projekta Simbioz@ (e-pismena Slovenija) (Slovenja)

Lovro Šturm (Slovenja) 

Ref. : 20120620IPR47310
 
 
Kuntatti