Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

PE ma jopponix miżuri tal-Kummissjoni dwar limitazzjonijiet tal-ħin ta' titjir

Seduta plenarja Stqarrija - Trasport09-10-2013 - 13:31
 
Belga/MAXPPP/J.Frey   Regoli ġodda għall-ħinijiet ta' titjir għall-piloti u l-ekwipaġġ għandhom itejbu s-sigurtà fl-UE-Belga/MAXPPP/J.Frey

Regoli ġodda dwar ħinijiet massimi ta' titjir għall-piloti u l-ekwipaġġ ser ikunu jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, peress li riżoluzzjoni li talbet l-irtirar tagħhom ġiet miċħuda waqt vot fil-plenarja nhar l-Erbgħa.



"Il-fatt jibqa' li kull regolatur nazzjonali tas-sigurtà appoġġa din il-proposta tal-Kummissjoni", qal il-President tal-Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu Brian Simpson (S&D, UK), meta rreaġixxa għan-nuqqas ta' konfidenza li esprimew xi MEPs matul id-dibattitu fil-plenarja qabel il-vot.


218-il membru vvota favur ir-riżoluzzjoni, 387 kontra u 66 astjenew. Maġġoranza assoluta kienet meħtieġa biex ir-riżoluzzjoni tgħaddi.


Il-vot juri li l-Parlament ma jopponix l-abbozz ta' miżuri tal-Kummissjoni li huma maħsuba biex itejbu s-sigurtà billi jiġi żgurat li l-piloti u l-ekwipaġġ ikunu żvelji biżejjed waqt it-titjir.


IL-miżuri proposti mill-Kummissjoni itejbu r-regoli eżistenti dwar il-limitazzjoni tal-ħin ta' titjir fost affarijiet oħra billi jillimitaw il-ħinijiet ta' titjir għal 11-il siegħa, iżidu limiti għall-ħin ta' titjir fi 12-il xahar konsekuttiv u jżidu l-perijodi ta' serħan fil-każta' titjiriet mtawwla u fil-każ ta' skedi konfużi.


Il-ħin ta' standby m'għandux ikun iżjed minn 16-il siegħa għall-kombinazzjoni tal-istandby fl-ajruport u t-titjir.


Ir-regoli l-ġodda ġew adottati skont il-proċedura ta' "komitoloġija", fejn il-Parlament jista' jirrifjuta abbozzi ta' miżuri implimentattivi, iżda ma jistax jemendahom.


Ref. : 20131007IPR21623
 
 
Contact
 
 
  • John SCHRANZ

  • Press Unit
  • Telephone number(+32) 2 28 44264 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74076 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 14 02