Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Baġit tal-UE 2014: Il-PE jirrevedi t-tnaqqis tal-Kunsill fir-riċerka u l-impjiegi

Seduta plenarja Stqarrija - Baġit23-10-2013 - 14:00
 

Il-Parlament irreveda l-proposta tal-Kunsill għal tnaqqis tal-infiq fl-oqsma tar-riċerka u l-impjiegi għall-2014 matul vot fil-plenarja nhar l-Erbgħa. L-istess jgħodd għall-qtugħ propost mill-Kunsill għall-politika internazzjonali, bħall-għajnuna umanitarja lil-Lvant Nofsani u lir-refuġjati Sirjani. Il-PE żied ukoll il-fondi għall-aġenzija Frontex għall-kontroll tal-fruntieri esterni.


Il-pożizzjoni tal-Parlament hija appoġġata minn 480 favur, 119 kontra u 86 astensjoni.


Il-Parlament jipproponi baġit ta' EUR 142.6 biljun f'impenji u EUR 136.1 biljun f'pagamenti. Dawn l-ammonti huma inqas mill-baġit ta' din is-sena - bi EUR 8.1 biljuni fir-rigward tal-impenji u EUR 4.3 biljuni għall-pagamenti. Il-Kunsill kien naqqas il-baġit propost mill-Kummissjoni b'EUR 240 miljun għall-impenji u b'EUR 1.06 biljun għall-pagamenti biex il-baġit propost mill-Kunsill kien EUR 141.8 biljun f'impennji u EUR 134.8 biljun f'pagamenti.


Protezzjoni tal-oqsma kruċjali għall-irkupru ekonomiku

Fl-oqsma li l-MEPs jikkunsidraw huma importanti biex l-ekonomija tirkupra, bħall-aġenda diġitali, ir-riċerka, l-intraprenditorjat, u l-miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ, il-Parlament segwa r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat dwar il-baġit biex jiġi annullat it-tnaqqis ta' EUR 629 miljun propost mill-Kunsill f'Lulju u biex jiżdiedu EUR 34 miljun f'dawn l-oqsma.


Pakkett "jumbo" irid jiġi nnegozjat

Il-president tal-kumitat dwar il-baġit Alain Lamassoure (EPP, FR) irrefera għad-diversi kwistjonijiet baġitarji li għad iridu jiġu deċiżi: Kollha kemm aħna, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament, irridu nassumu r-responsabbiltajiet tagħna fin-negozjati diffiċli li ġejjin. Imma ħaġa waħda trid tkun ċara mill-bidu - Il-Parlament mhux ser jippermetti li defiċit jiġi ttrasferit fuq sena oħra".


Passi li jmiss


Wara l-vot fil-plenarja, il-Kunsill u l-Parlament ser ikollhom perijodu ta' "konċiljazzjoni" ta' 21 jum li fih ikollhom jinnegozjaw ftehim. Jekk il-konċiljazzjoni twassal għal qbil, dan jiġi vvutat matul is-sessjoni ta' Novembru.

Fl-istess waqt il-Parlament qed jistenna l-Kunsill japprova l-baġit emendatorju numru 8 (€3.9 biljuni). Dan l-ammont huwa meħtieġ biex jiġi kopert in-nuqqas ta' din is-sena u l-approvazzjoni tal-Kunsill huwa prerekwiżit biex il-Parlament jagħti l-barka tiegħu għall-baġit pluriennali 2014-2020. Baġit emendatorju ieħor (numru 9) li għandu jkopri l-għajnuna għall-Ġermanja, l-Awstrija u r-Rumanija għat-tiswijiet tad-danni mill-għarar ta' din is-sena, irid jiġi maqbul ukoll.

Il-pożizzjonijiet eżatti tal-Parlament u l-Kunsill f'kull qasam politiku jinsabu fit-tabella fuq il-lemin.

Procedure: Baġit


Ref. : 20131018IPR22651
 
 
Contact
 
 
  • John SCHRANZ

  • Press Unit
  • Telephone number(+32) 2 28 44264 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74076 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 14 02