Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Il-Parlament japprova il-baġit pluriennali tal-UE 2014-2020

Seduta plenarja Stqarrija - Baġit19-11-2013 - 12:54
 
Marco picture of a Euro coin - illustration   Marco picture of a Euro coin

Wara xhur ta' negozjar kumpless, il-Parlament ta l-barka tiegħu lill-MFF nhar it-Tlieta. Il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Lulju ġew sodisfatti mill-istati membri. Il-baġit totali għas-seba' snin li ġejjin huwa ta' EUR 960 biljun f'impennji u EUR 908 biljun f'pagamenti (prezzijiet tal-2011).


Wara xhur ta' negozjar kumpless, il-Parlament ta l-barka tiegħu lill-MFF nhar it-Tlieta. Il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' Lulju ġew sodisfatti mill-istati membri. Il-baġit totali għas-seba' snin li ġejjin huwa ta' EUR 960 biljun f'impennji u EUR 908 biljun f'pagamenti (prezzijiet tal-2011).

Nuqqas ta' pagamenti rrimedjat


L-ewwel nett il-Parlament ried li n-nuqqas ta' pagamenti rikorrenti jiġi rrimedjat biex l-2014 ma jinbdiex bin-nieqes. L-Istati Membri qablu li jżidu EUR 3.9 biljuni għall-baġit tal-2013.


Bażijiet legali għall-programmi UE kollha


It-tlieni, il-Parlament insista li l-bażijiet legali kollha għad-diversi programmi tal-UE jiġu ffinalizzati abbażi tal-kodeċiżjoni bejn il-Kunsill u l-Parlament. Dan huwa issa l-każ u b'riżultat ta' dan bosta programmi ser jiġu vvutati matul din is-sessjoni plenarja.


Grupp ta' livell għoli dwar ir-riżorsi proprji

It-tielet, il-Parlament insista li jiġi stabbilit grupp ta' livell għoli dwar ir-riżorsi proprji biex jaħdem fuq ir-riforma tas-sistema tal-introjti tal-UE peress li s-sistema attwali, bl-eċċezzjonijiet, ir-rebates u -diversi sorsi ta' dħul kollha li fiha, saret nieqsa minn kull trasparenza. L-istati membri qablu li tali grupp jiġi stabbilit.


L-aħjar użu ta' kull Euro

Il-Parlament kien diġà rebaħ f'Ġunju diversi prijoritajiet ċentrali tal-mandat ta' negozjar tiegħu. Dawn jinkludu flessibbiltà kważi assoluta biex flus li ma jintefaqx f'sena waħda jingħadda għas-sena ta' wara, u flessibbiltà sinifikanti fir-rigward tal-flus impenjat, kemm bejn is-snin kif ukoll bejn il-kategoriji ta' infiq. Din il-flessibbiltà hija meħtieġa biex jiġi żguratli kull Euro tal-baġit tal-UE jintuża fejn u meta jkun l-iżjed meħtieġ.

Valutazzjoni f'nofs it-term


Rebħa oħra tal-Parlament kien li tiddaħħal klawżola ta' valutazzjoni li ser teħtieġ lill-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-funzjonament tal-baġit pluriennali tal-UE fl-2016, u jieħu kont tas-sitwazzjoni ekonomika f'dak il-mument. Enfażi partikolari ser tingħata lill-allinjament tal-baġit pluriennali futur maċ-ċikli politiċi ta' ħames snin tal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-valutazzjoni ser tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva għal-reviżjoni.


Xi jmiss


Il-Kunsill issa għanu japprova l-baġit pluriennali bħala punt A matul il-Kunsill Kompetittività fit-2 ta' Diċembru.

Informazzjoni addizzjonali

Specialist: Ron

Procedure: Budget

Ref. : 20131118IPR25541
 
 
Kuntatti