Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Approvata l-politika l-ġdida tas-sajd tal-UE

Seduta plenarja Stqarrija - Sajd10-12-2013 - 15:30
 
©Belga/Pixsell/H.Jelavic   Il-Politika Komuni tas-Sajd riformata ser ittemm ir-rimi fil-ba]ar ta' qabdiet mhux mixtieqa ©Belga/Pixsell/H.Jelavic

Il-pakkett ta' riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż miżuri biex jitwaqqaf is-sajd eċċessiv, l-għanijiet prinċipali tal-Parlament, ġie approvat f'vot fil-plenarja nhar it-Tlieta. Ir-regoli dwar it-tikkettar ġew mibdula ukoll, bil-għan li tittejjeb l-informazzjoni għall-konsumatur. Il-leġislazzjoni l-ġdida għandha tippermeti sajd aktar sostenibbli u għandha tidħol fis-seħħ fil-ħin, fil-bidu tal-2014.



"Ir-riforma għandha l-għan li tegħleb l-akbar problema tal-Politika Komuni tas-Sajd - is-sajd eċċessiv kontinwu. Il-Kunsill tal-UE issa se jkollu l-obbligu li jieħu azzjoni b'mod sostenibbli meta jkun qiegħed jinnegozja dwar il-kwoti tas-sajd," qalet ir-relatriċi Ulrike Rodust (S&D, DE).


Is-sajjieda se jkollhom jirrispettaw 'ir-rendiment massimu sostenibbli' (MSY), li jfisser li jistgħu jaqbdu mhux aktar minn dak li jista' jirriproduċi stokk partikolari ta' ħut f'sena partikolari. L-għan huwa li l-istokkijiet tal-ħut jiġu restawrati u miżmuma 'l fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY.


Projbizzjoni tal-iskartar


L-iskartar - ħut li jintrema lura fil-baħar, normalment minħabba li jkun ta' speċi jew daqs mhux mixtieq - jammonta għal kważi kwart tat-total tal-qbid fl-UE. Ħafna mill-ispeċi sktartati jmutu.


Biex titwaqqaf din il-prattika ta' ħela, li bħalissa mhijiex projbita, id-dgħajjes tas-sajd se jkollhom jiżbarkaw mill-inqas 95% ta' kull qabda b'konformità ma' skeda ta' dati speċifiċi għal sajd differenti, u dan għandu jibda b'mod gradwali mill-2015. Il-Parlament Ewropew iġġieled u rnexxielu jżomm din il-figura għolja kemm jista' ikun.


Riforma komprensiva


Ir-riforma tbiddel ħafna mir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Pereżempju l-prinċipju ta' sostenibbiltà se jibda japplika għal dgħajjes tal-UE li jkunu qed jistadu barra l-ibħra tal-UE, u allura s-sajjieda tal-UE se jkunu jistgħu jieħdu biss surplus ta' ħut mill-ibħra territorjali ta' pajjiżi terzi. Barra minn hekk, l-istati membri bi flotot kbar iżżejjed jistgħu jiġu penalizzati billi jiġu miżmuma s-sussidji fuq il-fond tas-sajd tal-UE.


Il-passi li jmiss


Ir-rappreżentanti tal-istati membri għad iridu japprovaw formalment il-pożizzjoni tat-tieni qari tal-Parlament, qabel ma joħorġu l-leġislazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-UE.


Proċedura: Ko-deċiżjoni, ftehim tat-tieni qari

Ref. : 20131206IPR30075
 
 
Kuntatti
 
  • John SCHRANZ
  • Press Unit
  • Telephone number(+32) 2 28 44264 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74076 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 14 02