Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Mill-inqas erba' snin ħabs għal min jimmanipula s-swieq finanzjarji

Seduta plenarja Stqarrija - Affarijiet ekonomiċi u monetarji04-02-2014 - 12:57
 

Imħallef li jimponi l-piena massima għal reati serji bħall-frodi fil-benchmark tal-LIBOR ser ikollu jimponi mill-inqas erba' snin ħabs skont abbozz ta' liġi approvata llum fil-Parlament. Dawn ir-regoli, li issa iridu jiġu formalment approvati mill-istati membri, għandhom l-għan li jreġġgħu il-konfidenza fis-swieq finanzjarji u li jtejjbu l-protezzjoni tal-investituri.


 

Pieni kriminali


Ir-regoli jistabbilixxu pieni kriminali aktar ħorox, inkluż sentenzi ta' ħabs, għal abbuż serju bħall-iżvelar illegali ta' informazzjoni, insider dealing, manipulazzjoni tas-suq, kif ukoll l-inċitar, il-kollaborazzjoni, jew il-ħabi ta' tali atti.

 

Reati

 

Skont ir-regoli l-ġodda, id-definizzjonijiet ta' rati u l-pieni applikati ser jiġu armonizzati.

 

Reati li jistgħu jeħlu erba' snin ħabs jinkludu t-twettiq ta' tranżazzjoni jew ordni li tagħti sinjali foloz jew li jħawdu dwar il-provvista, id-domanda jew il-prezz ta' prodott finanzjarju jew il-provvista ta' data falza jew li tħawwad biex jiġi mmanipolat l-ikkalkolar tal-benchmarks, bħall-London Interbank Offered Rate (LIBOR) jew il-Euro Interbank Offered Rate (EURIBOR).

 

L-istati membri ser ikunu liberi biex ikollhom pieni kriminali aktar ħorox minn dawk stabbiliti b'din il-leġiżlazzjoni.


Next steps

 

Ladarba r-regoli jiġu approvati mill-Kunsill, l-istati membri jkollhom 24 xhar biex jagħtuhom effett.

 

Proċedura: Ko-deċiżjoni, l-ewwel qari

#criminalsanctions

Ref. : 20140203IPR34503
Aġġornata: ( 04-02-2014 - 13:52)
 
 
Kuntatti
 
 
  • John SCHRANZ
  • Press Unit
  • Telephone number(+32) 2 28 44264 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74076 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 14 02