Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Copyright: liċenzji transkonfinali għal servizzi tal-mużika onlajn

Seduta plenarja Stqarrija - Moviment ħieles tas-servizzi04-02-2014 - 16:48
 
Teenager with headphones and smartphone outside   B'liċenzja li tkopri iżjed minn stat membru wieħed, il-provdituri ta' servizzi għandhom ikunu jistgħu jisstreamjaw is-servizzi ta' mużika aktar faċilment madwar l-UE ©BELGA/EASYPHOTOSTOCK/L.DOLGACHOV

Regoli ġodda dwar il-copyright (dritt tal-awtur) tal-mużika approvati mill-Parlament it-Tlieta jimmiraw li jiffaċilitaw lill-fornituri onlajn biex iġibu liċenzji għall-streaming ta' mużika f'akar minn pajjiż wieħed tal-UE. Il-liġi, diġà maqbula b'mod informali mal-Kunsill, għandha tistimula l-iżvilupp tas-servizzi tal-mużika onlajn fl-UE kollha għall-konsumaturi u tiżgura li d-drittijiet tal-awtur jiġu mħarsa aħjar u li dawn jirċievu d-dritt dovut fil-pront.


"Id-direttiva ser tħares b'mod effettiv l-interess tal-artisti Ewropej u serikun possibbli għall-utenti finali li jkollhom aċċess għal kontenut protett bil-copyright fl-UE kollha," qalet ir-relatur, Marielle Gallo (EPP, FR). "Din id-direttiva hija sinjal ċar li l-copyright tista' tkun faċilment adattata għall-Internet. Il-copyright għandha rwol essenzjali fl-ekonomija diġitali, " hija tenniet.


 

Liċenżji transkonfinali għal servizzi tal-mużika onlajn fl-UE kollha


Skont ir-regoli l-ġodda, fornituri tas-servizzi tal-mużika onlajn fl-UE ser ikunu jistgħu jiksbu liċenzji minn organizzazzjonijiet għall-immaniġġjar kollettiv li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-awtur minn fruntiera għall-oħra. B'liċenzji li jkopru aktar minn stat membru wieħed, fornituri tas-servizz għandhom isibuha aktar faċli biex jagħmlu streaming tas-servizzi tal-mużika madwar l-UE kollha.


Inħarsu d-diversità kulturali


Biex jiġi żgurat li l-artisti tal-mużika fl-istati membri kollha jkollhom aċċess għal liċenzji li jkopru aktar minn pajjiż wieħed u biex tiġi mħarsa d-diversità kulturali, organizzazzjonijiet għall-immaniġġjar kollettiv li ma joħorġux huma stess liċenzji tal-copyright għal aktar minn pajjiż wieħed ikunu jistħgu jitolbu organizzazzjoni oħra biex tirrappreżenta r-reportorju tagħhom. Taħt ċertu kondizzjonijiet, dawk l-organizzazzjonijiet ikunu obbligati li jagħmlu dan.


Grazzi għall-MEPs, organizzazzjonijiet għall-immaniġġjar kollettiv ser ikollhom jamministraw ir-repertorju li jirrappreżentaw taħt l-istess kondizzjonijiet li huma japplikaw għar-repertorji tagħhom stess.


Rimunerazzjoni f'waqtha u approprjata għall-artisti


L-organizzazzjonijiet għall-immaniġġjar kollettiv ser ikunu meħtieġa jiżguraw li l-artisti jirċievu rimunerazzjoni approprjata għall-użu tad-drittijiet tagħhom f'ħin debitu. B'mod ġenerali, id-drittijiet tal-awtur ser ikollhom jingħataw lill-artisti malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard minn disa' xhur mill-aħħar tas-sena finanzjarja li fiha jkun inġabar id-dħul mid-drittijiet.


Detenturi tad-drittijiet ser ikollhom vuċi fid-deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom u l-libertà li jagħżlu l-organizzazzjoni għall-immaniġġjar kollettiv. Biex jiġi żgurat li d-drittijiet tad-detenturi tad-drittiijet huma amministrati tajjeb, l-organizzazzjonijiet għall-immaniġġjar kollettiv ser ikollhom jikkonformaw ma' rekwiżiti ta' trasparenza u rappurtar kif ukoll ma' regoli minimi dwar il-governanza u l-ġbir u l-użu tad-dħul.

Il-passi li jmiss


Id-direttiva, approvata b'640 vot sa 18, bi 22 astensjoni, għad trid tiġi approvata formalment mill-Kunsill. Sussegwentement, il-pajjiżi membri tal-UE jkollhom 24 xahar biex jinkorporaw id-direttiva fil-liġi nazzjonali.

 

Informazzjoni addizzjonali


Proċedura: Ko-deċiżjoni (Proċedura Leġislattiva Ordinarja), ftehm fl-ewwel qari

Konferenza stampa: It-Tlieta, 4 ta' Frar fit-15.30

Ref. : 20140203IPR34615
 
 
Kuntatti
 
  • Niina SALORANTA
  • Press Unit
  • Telephone number(+32) 2 28 31834 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 73472 (STR)
  • Mobile number(+32) 473 84 03 65
 
  • John SCHRANZ
  • Press Unit
  • Telephone number(+32) 2 28 44264 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74076 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 14 02