Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

L-MEPs jiżguraw charger komuni għal-mobajls kollha

Seduta plenarja Stqarrija - Riċerka u innovazzjoni13-03-2014 - 12:50
 
Cell phone and different plugs from chargers   Charger komuni għandu jiġi żviluppat għall-mobajls, jgħidu l-MEPs - @BELGAIMAGE/AGEFOTOSTOCK/McPHOTO/ODE

Charger komuni għandu jiġi żviluppat għall-mobajls kollha li jinbiegħu fl-UE, għal inqas ħela, spejjeż u skumdita għall-utenti, qalu l-MEPs nhar il-Ħamis f'vot li jaġġorna l-liġijiet tal-UE dwar tagħmir tar-radju. It-test diġà ġie informalment maqbul mal-Kunsill tal-Ministri.


"L-introduzzjoni ta' charger komuni ser ittemm id-diżordni fid-djar minħabba bosta chargers u 51,000 tunnellata ta' skart elettroniku fis-sena", qalet ir-relatriċi Barbara Weiler (S&D, DE).


Charger komuni


L-MEPs emendaw l-abbozz ta' liġi biex jistipola li l-kapaċità operattiva b'charger komuni ser tkun ħtieġa essenzjali għat-tagħmir tar-radju. Madankollu, hija l-Kummissjoni li għandha tiddeċiedi liema tipi speċifiċi ta' tagmir tar-radju ser ikollhom jikkonformaw ma' din il-ħtieġa, it-test iżid jgħid.


Passi li jmiss


L-abbozz tal-liġi issa jirid jiġi formalment approvat mill-Kunsill. L-istati membri imbgħad ikollhom sentejn biex jittrasponu r-regoli fil-liġijiet nazzjonali tagħhom u l-produtturi jkollhom sena oħra biex jikkonformaw.


Additional information

 

Proċedura:Ko-deċiżjoni, qbil fl-ewwel qari

#charger


 

It-test adottat ikun disponibbli hawn (ikklikkja fuq 13.03.2014)

Ref. : 20140307IPR38122
 
 
Kuntatti
 
 
  • John SCHRANZ
  • Press Unit
  • Telephone number(+32) 2 28 44264 (BXL)
  • Telephone number(+33) 3 881 74076 (STR)
  • Mobile number(+32) 498 98 14 02