Stabbilita l-kompożizzjoni tal-kumitati parlamentari għall-mandat il-ġdid 

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

MEPs voting during a committee meeting  

In-numru ta' MEPs li ser ikunu fl-għoxrin kumitat u ż-żewġ sotto kumitati tal-Parlament għall-mandat il-ġdid ġie stabbilit permezz ta' vot fil-plenarja nhar l-Erbgħa. Id-deċiżjoni tirrifletti l-bilanċ politiku tal-Parlament. Nhar il-Ħamis, l-MEPs ivvutaw fuq il-listi tal-MEPs li ser ipoġġu f'kull kumitat.

In-numru ta' membri għal kull kumitat u sotto kumitat huwa hekk:


Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin: 71,

Kumitat dwar l-iżvilupp: 28,

Kumitat dwar il-kummerċ internazzjonali: 41,

Kumitat dwar il-baġits: 41,

Kumitat dwar il-kontroll tal-baġit: 30,

Kumitat dwar l-affarijiet ekonomiċi u monetarji: 61,

Kumitat dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali: 55,

Kumitat dwar l-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sigurtà tal-ikel: 69,

Kumitat dwar l-industrija, ir-riċerka u l-enerġija: 67,

Kumitat dwar is-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumatur: 40,

Kumitat dwar it-trasport u t-turiżmu: 49,

Kumitat dwar l-iżvilupp reġjonali: 43,

Kumitat dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali: 45,

Kumitat dwar is-sajd: 25,

Kumitat dwar il-kultura u l-edukazzjoni: 31,

Kumitat dwar l-affarijiet legali: 25,

Kumitat dwar il-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-affarijiet interni: 60,

Kumitat dwar l-affarijiet kostituzzjonali: 25,

Kumitat dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi: 35,

Kumitat dwar il-petizzjonijiet: 35,

Sotto-kumitat dwar id-drittijiet tal-bniedem: 30, and

Sotto-kumitat dwar is-sigurtà u d-difiża: 30.


Regoli dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati


Skont ir-Regoli ta' Proċdura tal-Parlament, il-kompożizzjoni tal-kumitati għandha tirrifletti kemm jista' dik tal-Parlament sħiħ. Id-tqassim proporzjonali tas-siġġijiet fil-kumitati fost il-gruppi politiċi m'għandux jitbiegħed min-numru sħiħ l-iżjed viċin.


Il-membri ta' kull kumitat deċiż nhar il-Ħamis


Il-vot dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati sar isir nhar il-Ħamis. Il-lista tal-MEPs titolari f'kull kumitat hija disponibbli fil-link fuq il-lemin.


Il-gruppi politiċi għad iridu jikkomunikaw il-listi tal-membri sostituti fil-kumitati.