Għall-MEPs ir-Russja m'għadhiex sieħeb strateġiku tal-UE 

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

L-MEPs nhar l-Erbgħa qalu li l-EU trid tivvaluta mill-ġdid b'mod kritiku r-relazzjonijiet tagħha mar-Russja, li saritilhom ħsara kbira, hekk kif din qiegħda tikkommetti vjolazzjoni deliberata tal-prinċipji demokratiċi, tal-valuri fundamentali u tad-dritt internazzjonali bl-azzjoni vjolenti tagħha u d-destabilizzazzjoni tal-ġirien tagħha. L-UE għandha issa tfassal pjan ta' kontinġenza bis-setgħa tal-persważjoni u sabiex jikkumbatti l-politiki aggressivi u diviżivi tar-Russja, żiedu jgħidu.

“Bl-aggressjoni tagħha kontra l-Ukraina u l-annessjoni tal-Krimea, it-tmexxija Russa poġġiet ir-relazzjonijiet tagħna f'salib it-toroq. Issa f'idejn il-Kremlin li jiddeċiedi 'l fejn imur - jew lejn il-kooperazzjoni, inkella lejn aljenazzjoni akbar”. Dan qalu r-rapporteur tal-Parlament Ewropew, Gabrielius Landsbergis (EPP, LT). “Jiena konvint li l-poplu Russu, bħalna lkoll, irid il-paċi mhux il-gwerra. Il-bidla fir-Russja tista', u se tiġi, minn ġewwa. Sadanittant, irridu nibagħtu sinjal b'saħħtu lit-tmexxija Russa li aħna magħqudin mal-vittmi tal-aggressjoni tagħha u ma' dawk li jħaddnu l-valuri li fuhom hi bbażata l-UE," kompla jgħid.


Ir-riżoluzzjoni għaddiet mill-Parlament b'494 vot favur, 135 kontra u 69 astensjoni.


L-MEPs qaluli l-pajjiżi membri tal-UE għandhom iżommu bħala "prijorità assoluta" l-għaqda ta' bejniethom fil-kuntest tal-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja u l-involviment dirett tar-Russja fil-gwerra fl-Ukraina. Huma appellaw ukoll biex il-pajjiżi tal-UE jastjenu minn relazzjonijiet u ftehimiet bilaterali mar-Russja li jistgħu jkunu ta' dannu għal din l-għaqda. They also call on EU countries to refrain from bilateral deals with Russia which could harm this unity. Biex tiġi żgurata s-solidarjetà fost il-pajjiżi membri, għandha tinħoloq mingħajr dewmien Unjoni tal-Enerġija Ewropea robusta u bbażata fuq regoli stabbiliti.

 

Irid isir aktar biex nirribattu l-propaganda Russa

 

Il-Parlament appella lill-Kummissjoni biex mingħajr dewmien talloka fondi adegwati għal proġetti konkreti biex tiġi ribattuta l-propaganda u l-miżinformazzjoni Russa fl-UE u barra l-UE u biex tipprogramma "għajnuna finanzjarja aktar ambizzjuża" lis-soċjetà ċivili Russa. Il-Parlament esprima t-tħassib tiegħu dwar id-deterjorament tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Russja u appella biex jingħata appoġġ kostanti mill-UE lil dawk li jħarsu d-drittijiet tal-bniedem fir-Russja.


Intemmu l-interferenza Russa fid-demokraziji tal-UE


L-MEPs jinsabu mħassba wkoll li r-Russja qiegħda tippożizzjona ruħha bħala sfidant tal-komunità demokratika internazzjonali u l-ordni tagħha bbażat fuq regolamenti stabbiliti. Barra minn hekk qiegħda tappoġġja u tiffinanzja partiti radikali u estremisti fl-UE. Huma appellaw biex il-Kummissjoni u l-pajjiżi membri tal-UE jistabbilixxu mekkaniżmu kkoordinat biex jimmonitoraw l-assistenza finanzjarja, politika jew teknika mogħtija mir-Russja lil partiti u organizzazzjonijiet oħra fl-UE u biex jevalwa l-influwenza tagħha fuq il-ħajja politika u l-opinjoni pubblika. L-MEPs qalu wkoll li l-Kummissjoni għandha wkoll tipproponi leġiżlazzjoni li tiżgura trasparenza sħiħa tal-finanzjament politiku tal-partiti politiċi fl-UE minn partijiet terzi minn barra l-Unjoni.


Il-lista s-sewda Russa hija "kontroproduċenti u ta' ħsara

 

Ir-riżoluzzjoni tikkundanna wkoll il-lista sewda "arbitrarja" Russa li tipprojbixxi 89 politiku mill-UE milli jidħol fit-territorju tagħha. Dan bi ksur tad-dritt internazzjonali u ta' standards universali, kif ukoll impediment għat-trasparenza. L-att huwa "kontroproduċenti u ta' ħsara għall-modi ta' komunikazzjoni diġà dgħajfa", qalu b'dispjaċir l-MEPs. Huma saħqu li l-persuni fuq il-lista għandhom ikunu mgħarrfa bil-motivi u jkollhom dritt ta' appell quddiem qorti indipendenti.


Relazzjoni kostruttiva meħtieġa

 

L-MEPs qalu li fuq medda ta' żmien fit-tul jixtiequ jaraw relazzjoni kostruttiva u prevedibbli bejn l-UE u r-Russja, u dan għall-benefiċċju tat-tnejn. Iżda saħqu wkoll li l-kooperazzjoni tista' tissokta biss jekk ir-Russja tirrispetta l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukraina, inkluż il-Krimea, timplimenta bis-sħiħ il-ftehimiet ta' Minsk, u twaqqaf l-attivitajiet militari u ta' sigurtà li għandhom effett ta' destabilizzazzjoni fuq il-fruntieri tal-UE.


Riżoluzzjoni separata dwar is-sitwazzjoni militari strateġika fil-Baċċin tal-Baħar l-Iswed wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja se tkun ivvutata nhar il-Ħamis.


Aktar informazzjoni

Proċedura: Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva

Mur fil-paġna sors

Jiena konvint li l-poplu Russu, bħalna lkoll, irid il-paċi mhux il-gwerra.

Ir-rapporteur tal-PE Gabrielius Landsbergis (EPP, LT)  
Aqsam din il-kwotazzjoni ma' ħaddieħor: 

19  ; 19-il MEPs huma parti mil-lista sewda ta' 89 ċittadin tal-UE projbiti milli jidħlu fit-territorju tal-Russja

Aqsam din il-kwotazzjoni ma' ħaddieħor: