Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Kamra tal-aħbarijiet

Temi

 

Partiti politiċi Ewropej, kooeprazzjoni tal-Parlament ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE u l-parlamenti nazzjonali, l-implimentazzjoni tat-trattati Ewropej, u t-temi ġenerali kollha marbutin max-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

 
 

Il-kontribut tal-Parlament fil-qasam tas-sigurtà u l-ġustizzja, b'mod speċjali fil-protezzjoni tad-data, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-garanzija tal-libertà ta' moviment, il-kontroll tal-fruntieri, il-migrazzjoni, l-asil, u l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tas-servizzi tal-pulizija.

 
 

Politiki tal-Parlament Ewropew rigward pajiżi terzi, b'mod speċjali l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni, il-pajjiżi ġirien tal-UE u l-imsieħba strateġiċi, Din l-intestatura tkopri l-kummerċ, id-drittijiet tal-bniedem, il-politika għall-iżvilupp, kif ukoll is-sigurtà u d-difiża.

 
 

Il-kontribut tal-Parlament għat-tisħiħ tal-politka agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd, l-iżvilupp rurali, il-benesseri tal-annimali, il-kwalità tal-prodotti agrikoli u l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd.

 
 

Il-ħidma tal-Parlament Ewropew dwar il-baġits tal-UE fuq perjodu twil u annwali kif ukoll dwar il-kontroll baġittarju (rilaxx).

 
 

Kultura, edukazzjoni, żgħażagħ, sports u politika dwar il-midja tal-UE. Fost it-temi jinsabu programmi multiannwali bħalma hu l-Erasmus, Ewropa kreattiva, Ewropa għaċ-ċittadini, il-kapitali Ewropea tal-kultura kif ukoll il-Premju LUX għaċ-ċinema

 
 

Politiki ekonomiċi u monetarji tal-UE, b'mod speċjali r-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji, l-obbligu tal-BĊE li jagħti rendikont lill-Parlament, it-tassazzjoni, il-kompetizzjoni, u l-moviment ħieles tal-kapitali u tal-pagamenti.

 
 

Il-ħidma tal-Parlament dwar il-politiki tal-impjieg u tal-affarijiet soċjali, b'mod speċjali l-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-formazzjoni professjonali u l-moviment ħieles tal-ħaddiema.

 
 

Il-ħidma tal-Parlament fil-qasam tas-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumaturi, b'mod speċjali l-moviment ħieles tal-persuni, tal-beni u tas-servizzi fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll id-drittijiet tal-konsumaturi, is-sigurtà tal-prodotti, ir-rikonoxximent tal-kwalifiċi prodessjonali, l-istandardizzazzjoni u s-swieq pubbliċi.

 
 

Politika reġjonali u politika tat-trasport, b'mod speċjali t-trasport ferrovjarju, marittimu u fit-triq, id-drittijiet tal-passiġġieri, tal-karozzi aktar ekoloġiċi u aktar siguri, kif ukoll il-politika tal-iżvilupp reġjonali li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika u soċjali bejn l-Istati membri.

 
 

Il-ħidma tal-Parlament sabiex jissaħħu l-politiki Ewropej marbutin mal-ambjent, mas-saħħa u s-sigurtà alimentari, b'mod speċjali t-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tat-tniġġis u ta' prodotti kimiċi tossiċi, ir-regoli dwar il-mediċini, id-drittijiet tal-pazjenti, u l-leġislazzjoni li għandha x'taqsam mal-kontrolli tas-sigurtà alimentari u l-ittikkettjar.