Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor : 
Four students with their thumbs up for the Erasmus + program ©BELGA/BELPRESS        
Erasmus+ ser jippermetti aktar żgħażagħ minn qabel biex jistudjaw jew jitħarrġu barra minn pajjiżhom ©BELGA/BELPRESS  

Nhar it-Tlieta l-Parlament adotta l-programm il-ġdid Ewropew Erasmus+ li ser jiffinanzja boroż ta' studju jew taħriġ għall-istudenti, il-professuri, dawk li jħarrġu, u l-apprendisti biex jistudjaw barra pajjiżhom. Iż-żgħażagħ sportivi, il-mexxejja ta' NGOs għaż-żgħażagħ u l-voluntiera ser ikunu jistgħu jipparteċipaw ukoll. Sistema ġdida ser toffri wkoll garanziji biex l-istudenti għal masters ikunu jistgħu jiksbu self b'rati ta' interess baxxi għall-istudji tagħhom f'pajjiż ieħor.

Erasmus+ għandu baġit ta' madwar EUR 14,7 il-biljun. Huwa ser jiġbor fih il-programmi kollha attwali indirizzati lejn il-qasam tal-edukazzjoni - Comenius, Erasmus, Erasmus Mundus, Leonardo da Vinci (taħriġ professjonali) u Grundtvig - u jintroduċi għall-ewwel darba d-dimensjoni tal-isports.


Għal iktar informazzjoni, ara n-nota ta' sfond (link fuq il-lemin).


Procedure:Ko-deċiżjoni, ftehim fl-ewwel qari