Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

17.6% biss tal-persuni fuq bord ta' kumpannija kkwotata huma nisa. Il-PE irid proċeduri ta' reklutaġġ ġusti biex dan jitla għal 40% sal-2020 © BELGA 

Kumpanniji kkwotati fl-UE ser ikollhom idaħħlu proċeduri ta' reklutaġġ trasparenti sabiex sal-2020 mill-inqas 40% tad-diretturi mhux eżekuttivi tagħhom ikunu nisa, skont abbozz ta' direttiva vvotata mill-Parlament nhar l-Erbgħa. L-MEPs jipproponu li l-kumpanniji li ma jintroduċux tali proċeduri għandhom jiġu ppenalizzati. Fl-2013, in-nisa rrappreżentaw 17.6% biss tad-diretturi mhux eżekuttivi fl-akbar kumpanniji.

Ir-regoli m'għandhomx japplikaw għall-SMEs, jiġifieri dawk b'inqas minn 250 impjegat. Madankollu l-MEPs ħeġġew lill-istati membri biex jappoġġaw lill-SMEs u joffrulhom inċentivi biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bords tagħhom.


Passi li jmiss


Biex tidħol fis-seħħ, id-direttiva issa trid tiġi approvata mill-Kunsill tal-ministri.


Informazzjoni addizzjonali

Proċedura:Ko-deċiżjoni, l-ewwel qari