Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Commissiners hearings - L to R, top to bottom:Ferdinando NELLI FEROCI, Jacek DOMINIK, Martine REICHERTS, Jyrki KATAINEN 

Il-kandidaturi tal-erbgħa Kummissarji kandidati, proposti biex jissostitwixxu lil dawk li telqu biex isiru MEPs ġew approvati mill-Parlament nhar l-Erbgħa. L-erbgħa ser iservu għall-bqija tal-mandat attwali tal-Kummissjoni, li jiskadi fil-31 ta' Ottubru 2014. Nhar it-Tnejn, f'konformità mar-regoli ta' proċedura tal-Parlament, huma kellhom smigħ fil-kumitati rispettivi għall-kompetenzi tagħhom.


Il-plenarja vvutat en bloc favur il-ħatra tal-erbgħa kandidati b'421 vot favur, 170 kontra u 32 astensjoni.


Il-kandidati u l-portafoll propost


Jyrki Katainen (Finlandja) għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji u l-Euro, biex jissostitwixxi lil Olli Rehn.

Ferdinando Nelli Feroci (Italja) għall-industrija u l-intraprenditorjat, biex jissostitwixxi lil Antonio Tajani.

Martine Reicherts (Lussemburgu) għall-ġustizzja, id-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza, biex tissostitwixxi lil Viviane Reding.

Jacek Dominik (Polonja) għall-ipprogrammar finanzjarju u l-baġit, biex jissostitwixxi lil Janusz Lewandowski.

 

Passi li jmiss


L-approvazzjoni finali mill-Kunsill huwa mistenni dalwaqt. Id-dokumenti kollha relatati mas-smigħ ser jitqiegħdu fuq is-siti web tal-kumitati rispettivi