Stat tal-Unjoni: Naħsdu l-okkażjoni biex infasslu futur ambizzjuż 

Stqarrija 
Aġġornata(a): 
 
Maħluq(a):   
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

  • Rotta lejn UE 2025 mibnija fuq valuri demokratiċi u proċess deċiżjonali effikaċi
  • Ikkompletar tal-unjonijiet tad-difiża, is-sigurtà, l-enerġija, diġitali, monetarja u tas-suq tal-kapital
  • Opportunitajiet indaqs għaċ-ċittadini kollha u tisħiħ tal-kompetittività industrijali
  • Ħolqien ta’ aġenziji għad-drittijiet tal-ħaddiema, iċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu
Jean-Claude Juncker jippreżenta l-viżjoni tiegħu għal Ewropa b'saħħitha u magħquda  

Bosta gruppi politiċi laqgħu l-viżjoni ppreżentata matul id-dibattitu dwar l-istat tal-Unjoni mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker għal UE b’saħħitha u maqgħuda sal-2025.

Il-biċċa l-kbira tal-gruppi politiċi laqgħu l-viżjoni ppreżentata matul id-dibattitu annwali dwar l-istat tal-Unjoni mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker għal Ewropa b’saħħitha u maqgħuda sal-2025. 

Tul id-dibattitu ta’ madwar tliet sigħat il-mexxejja tal-gruppi politiċi ddiskutew il-pjanijiet tad-difiża, is-sigurtà, il-migrazzjoni legali, il-kummerċ internazzjonali, l-ugwaljanza soċjali u dwar kif tista’ tissaħħaħ il-kapaċità baġitarja tal-Unjoni. 

 

Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew, laqa’ l-President tal-Kummissjoni u l-Kulleġġ tal-Kummissarji u qal li ċ-ċittadini riedu iżjed kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri fil-politiki tal-migrazzjoni, l-ekonomija, it-terroriżmu, it-tkabbir u d-drittijiet soċjali.

 

Biex tisma’ kull dikjarazzjoni ta’ kull kelliem individwalment, ikklikkja fuq l-isem.

 

Il-President Juncker qal li l-istabbiltà baġitarja, aktar nies jaħdmu minn qabel u irkupru ekonomiku kontinwu joħolqu opportunità għal riformi ambizzjużi għall-UE, mibnija fuq il-libertà, id-drittijiet indaqs u l-istat tad-dritt. 

 

Is-Sur Juncker ħabbar proposti għal ministru tal-finanzi Ewropew, għall-migrazzjoni legali, iċ-ċibersigurtà, il-libertà u d-drittijiet tal-ħaddiema, il-kummerċ internazzjonali u l-Unjoni tad-Difiza.  Biex l-UE tkun irrapreżentata b’mod qawwi huwa qal li xtaq li l-Presidenza tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kellhom jingħaqdu taħt il-persuna li tkun is-“Spitzenkandidat” bl-iktar voti miċ-ċittadini Ewropej fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019.

 

Juncker1  Juncker2  Juncker3  Juncker4  Juncker5

 

 

Aqra d-diskors kollu hawn.

 

Il-President tal-grupp tal-PPE Manfred Weber (DE) laqa’ l-viżjoni tas-Sur Juncker għal tisħiħ tal-UE.  Madankollu huwa semma’ t-tħassib tan-nies, bħat-tħassib dwar il-globalizzazzjoni: ”jeħtieġ li jkollna ekonomija soċjali”, kif ukoll li ”niżguraw il-fruntieri tagħna biex inwaqqfu l-migrazzjoni illegali.  Is-Sur Weber żied li n-nies huma xxukjati dwar it-Turkija u li ”t-Turkija ma tistax issir membru sħiħ tal-UE”.  Is-Sur Weber qal ukoll li n-nies kienu mbeżżgħa mill-isfida mill-Lvant: ”Jeħtieġ li jkollna Unjoni tad-Difiża Ewropeja biex nipproteġu l-istil taħ ħajja ta Ewropeja” u żied li n-North Stream II għandu jitwaqqaf.

 

Il-mexxej tal-S&D Gianni Pittella (IT) ippropona li l-Istati Membri tal-UE “jobbligaw lill dawk il-multinazzjonali kollha li jiffrodaw l-awtoritajiet tat-taxxa biex iħallsu lura t-taxxi dovuti, jadottaw miżuri kontra l-esplojtazzjoni taż-żgħażagħ” kif ukoll ”garanzija għat-tfal”.  Is-Sur Pittella qal ukoll li jrid isir sforz biex it-tfal kollha fl-UE jkollhom garanzija ta’ edukazzjoni u ta’ saqaf fuq rashom.  Dwar il-migrazzjoni, appella lill-Kummissjoni biex “ikollha l-kuraġġ tiftaħ kanali legali” minħabba li l-għeluq tar-rottot illegali mhix azzjoni sostenibbli waħedha.

 

Syed Kamall (ECR, UK) saħaq li, jekk verament trid tipproteġi liċ-ċittadini, “l-Ewropa ma tistax tkun protezzjonista”.  Biex l-ekonomija Ewropea tkum tajjeb, jeħtieġ li noħolqu aktar opportunitajiet, mhux iżjed regolamenti, filwaqt li żied li ”l-pjanijiet ta’ tkabbir ekonomiku tal-UE ma joħolqux l-impjiegi.  In-negozji joħolqu l-impjiegi.” 

 

Il-mexxej tal-grupp tal-ALDE Guy Verhofstadt (BE) qal li d-diskors tas-Sur Juncker kellu “ħafna viżjoni u ambizzjoni għall-2019”, parzjalment għaliex “ħafna nbidel” minħabba l-majnar tar-“rebbiegħa populista” fl-Awstrija, Franza, u l-Olanda.  “Merħba kollha fuq in-naħa ta’ dawk li huma raġjonevoli”, qal is-Sur Verħofstadt, filwaqt li żied li “Nigel Farrage biss ma jifhimx”, b’riferiment għall-fatt li maġġoranza tal-poplu Ewropej jixtieq aktar azzjoni fil-livell tal-UE. “L-UE hija neċessarja kontra l-gvernijiet tal-alt right”, temm jgħid.

 

Patrick Le Hyaric, il-Viċi President tal-grupp GUE/NGL, issuġġerixxa li l-fond ta’ investiment imniedi mill-President Juncker jinbidel “f’fond kbir soċjali u ambjentali.” Huwa kompla jgħid li hemm “ħtieġa urġenti biex noħorġu minn sistema kompetittiva fl-UE u nibnu Unjoni li tikkombina l-umaniżmu soċjali u l-progress ekoloġiku b’direttiva ġusta għall-ħaddiema ppustjati, salarji minimi, protezzjoni tal-pensjonijiet, erradikazzjoni tal-faqar u ugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa.


Philippe Lamberts (BE), il-viċi president tal-grupp tal-Ħodor/EFA, appella għal sforz biex “iċ-ċittadini jkunu rrikonċiljati mal-idea essenzjali tal-UE”.  Biex isir dan, id-diskors tas-Sur Juncker kellu jkun dwar “it-tnaqqis tal-inugwaljanzi”, “it-tnaqqis tal-impatt ekoloġiku tagħna,” “orjentazzjoni ġdida għall-politika kummerċjali tagħna”, “l-iffriżar tas-CETA”, “il-projbizzjoni tal-glysophate u definizzjoni aktar b’saħħitha tal-endocrine disrupters”.

“Ma tagħllimt xejn mill-Brexit”, qal Nigel Farage (EFDD, UK), li kkritika l-proposti tas-Sur Juncker biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-UE “mingħajr il-kunsens tal-popli”.  L-attitudni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Polonja u l-Ungerija, żied is-Sur Farrage, fakkritu fis-sistema Sovjetikawho criticised Mr Juncker's proposals to deepen European integration “without the consent of the people”. The EU Commission’s attitude towards Poland and Hungary reminded him of the former Soviet regime, he added.

 

Harald Vilimsky (ENF, AT) saħaq li l-ENF ma tridx li l-Euro falluta tespandi u oppona l-Unjoni tad-Difiża u l-libertà ta’ moviment tal-ħaddiema.  Il-fruntieri interni jridu jinżammu biex “il-miljuni ta’ Afrikani u Għarab ma jidħlux fl-UE”, temm jgħid.

 

Dikjarazzjoni mill-Presidenza Estonjana

 

Għeluq tal-President Juncker