Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Il-ġurnalisti jistgħu issa japplikaw għall-akkreditazzjoni speċjali biex ikunu jistgħu jsegwu l-elezzjoniijiet Ewropej mill-Parlament Ewropew.

Il-ġurnalisti li jixtiequ jassistu għall-jiem tal-elezzjoni fil-Parlament Ewropew għandhom idaħħlu t-talba tagħhom għall-akkreditazzjoni permezz tal-internet. L-akkreditazzjoni speċjali ser tkopri mhux biss il-lejla tal-elezzjoni tas-26 ta’ Mejju iżda wkoll il-jiem bejn it-23 u s-27 ta’ Mejju.


Il-ġurnalisti kollha għandhom japplikaw għall-akkreditazzjoni permezz tal-internet, inkluż dawk li diġà għandhom badge inter-istituzzjonali.


Biex tikseb l-akkreditazzjoni minn qabel, trid iddaħħal talba bl-internet mill-llum sat-13 ta’ Mejju, flimkien mad-dokumenti segwenti:


  • ritratt tad-daqs ta’ dak użat għal karta tal-identità, f’format jpeg u +/- 100 KB;
  • in-numru tal-ID uffiċjali u d-data ta’ l-iskadenza (karta tal-identità, passaport jew il-liċenzja tas-sewqan)
  • kopja tal-karta tal-ġurnalist tiegħek jew ittra mill-Kap Editur tiegħek li jiddeskrivi l-kompiti tiegħek bħala ġurnalist fil-Parlament Ewropew.

Biex tevita li tagħmel żmien tistenna l-Ħadd 26 ta’ Mejju, il-badges li jakkreditawk jistgħu jinġabru mill-20 ta’ Mejju fl-uffiċċju tal-akkreditazzjoni tal-ġurnalisti tal-Parlament, fil-bini Paul-Henri Spaak, Rue Wiertz, il-Brussell.


Ħinijiet ta’ ftuħ tal-uffiċċju tal-akkreditazzjoni:

It-Tnejn 20 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 24 ta’ Mejju 08:00 - 18:00

Is-Sibt 25 ta’ Mejju 10:00 - 18:00

Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 10:00 - 23:00


Informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni bl-internet


It-talbiet għall-akkreditazzjoni għall-elezzjonijiet għandhom jiddaħħlu permezz tas-sit web tagħna għar-reġistrazzjoni bl-internet. Dan is-sit huwa disponibbli fi tliet lingwi.


Din l-għodda l-ġdida, li ser tkompli tintuża wara l-elezzjonijiet, ser tħaffef il-proċedura, tagħmilha iżjed sempliċi, u għandha tipproteġi id-data personali aħjar. Ladarba ġurnalist ikun irreġistrat fis-sistema, ma jkollux jerġa’ jdaħħal id-dettalji tiegħu meta japplika għal akkreditazzjoni fil-futur. Il-ġurnalist ikun jista’ wkoll jaġġorna d-data tiegħu u jtella’ huwa stess id-dokumenti meħtieġa għall-akkreditazzjoni, kif ukoll jagħlaq l-entrata jekk ikun jixtieq.



Għal issa jistgħu isiru biss talbiet għal akkreditazzjonijiet qosra permezz tas-sistema bl-internet.



Il-Parlament Ewrope joffri akkreditazzjonijiet tal-midja lill-ġurnalisti, il-crews tal-film, u l-fotografi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli.


Parking


Numru limitat ta’ postijiet tal-parking huma disponibbli, abbażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Jekk bi ħsiebek tiġi b'karozza tista' titlob spazju permezz tat-taqsima 'kummenti' fil-formola ta' reġistrazzjoni. Tista’ taċċedi għal dan il-parking mill-entrata li tinsab f’Rue Belliard.