Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Fil-15 ta’ Mejju bejn id-21.00 u l-22.30, ser iseħħ “Id- dibattitu tal-kandidati għall-Presidenza tal-Kummissjoni - Elezzjonijiet Ewropej 2019”, fl-awla tal-plenarja tal-PE fi Brussell.

Id-dibattitu - segwit minn dikjarazzjonijiet għall-istampa mill-kandidati - ser ikun l-uniku wieħed li ser iġib flimkien il-kandidati ewlenin kollha li qed jippruvaw isiru l-president li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea (l-ismijiet jinsabu hawn isfel fl-ordni tad-dikjarazzjonijiet ta’ ftuħ. Din l-ordni ġiet deċiża permezz tax-xorti fl-4 ta’ April.):


  1. Nico CUÉ, Xellugin Ewropew (EL)
  2. Ska KELLER, Partit tal-Ħodor Ewropew (EGP)
  3. Jan ZAHRADIL, Alleanza tal-Konservattivi u tar-Riformisti fl-Ewropa (ACRE)
  4. Margrethe VESTAGER, Alleanza tal-Liberali u tad-Demokratiċi fl-Ewropa (ALDE)
  5. Manfred WEBER, Partit Popolari Ewropew (EPP)
  6. Frans TIMMERMANS, Partit tas-Soċjalisti Ewropew (PES)

Ir-responsabbiltà editorjali tad-dibattitu hija f’idejn il-Eurovision u d-dibattitu ser jiffoka fuq is-suġġetti tal-impjiegi, il-migrazzjoni, is-sigurtà, il-populiżmu, it-tibdil fil-klima u r-rwol tal-UE fid-dinja.


Id-dibattitu ser ikun ippreżentat minn tliet ġurnalisti magħżula mill-Eurovision: Emilie Tran Nguyen, minn France Televisions, u Markus Preiss, mill-kanal Ġermaniż ARD , ser imexxu d-dibattitu fuq il-palk, filwat li Annastiina Heikkilä, mill-kanal Finlandiż YLE, ser tmexxi d-diskussjoni mill-angolu tal-midja soċjali.


Ħinijiet

18.00 - Il-kandidati jaslu

19.20 - Opportunità għall-fotografi mal-kandidati fuq il-palk

20.00 - Il-bibien għall-awla tal-plenarja jinfetħu

20.30 - Il-bibien għall-awla tal-plenarja jingħalqu

21.00 - Id-dibattitu jibda

22.30 - Id-dibattitu jintemm (segwit minn stqarrijiet għall-istampa mill-kandidati fl-entrata protokolari, fis-sular t'isfel tal-bini PHS)


L-awla tal-plenarja ser tinbidel fi studio tat-television u d-dibattitu ser jixxandar live fuq l-EBU (Eurovision) u permezz tal-EbS (Europe by Satellite) fi 23 lingwa (kif ukoll il-lingwa tas-sinjali għall-webstreaming). It-trasmissjoni hija offerta bla ħlas lix-xandara u l-pjattaformi tad-distribuzzjoni bl-internet.


Id-dibattitu ser jiġi trasmess ukoll bil-webstreaming fuq EP live u EbS.


L-istruzzjonijiet għall-kodiċi embedded jinsabu hawn.


Id-dibattitu sħiħ jista’ jitniżżel fil-kwalità għax-xandir miċ-Ċentru tal-Multimidja hawn.


Akkreditazzjoni u spazji ta’ ħidma


Il-ġurnalisti li għandhom badge annwali interistituzzjonali m’għandhomx għalfejn jitolbu akkreditazzjoni speċjali biex jidħlu fil-Parlament fil-15 ta’ Mejju. L-oħrajn għandhom jibgħatu email qabel l-14 ta’ Mejju lil media.accreditation@ep.europa.eu.


Il-ġurnalisti li jixtiequ jkunu fl-udjenza fl-awla tal-plenarja iridu jirriżervaw post (skont id-disponibbiltà) billi jibgħatu email lil bookingsEE2019@ep.europa.eu sat-13 ta’ Mejju fit-20.00. Peress li d-dibattitu ser jixxandar live, il-positijiet fl-awla ma jistawx jintużaw bħala post ta’ ħidma regolari. L-udjenza ser tinħtieġ ukoll li tibqa’ bil-qiegħda matul id-dibattitu kollu u ma tkunx tista' titlaq mill-awla.

Il-postijiet ta’ ħidma normali (is-sala stampa, fis-sular t'isfel tal-bini PHS) ser ikun miftuħ sas-01.00 ta’ filgħodu u sala tas-smigħ viċin l-awla tal-plenarja (is-sala PHS 3C50 u PHS 1A2) ser ikunu disponibbli għal dawk li jixtiequ jaħdmu waqt li jkunu qed isegwu d-dibattitu.


Il-faċilitajiet awdjoviżivi tal-Parlament Ewropew ser ikunu wkoll disponibbli tul l-avvenimenti. Ir-riservazzjonijiet jistgħu isiru billi tibgħat email lil bookingsEE2019@ep.europa.eu.